Meta ħadd ma jkun qed jagħti każ

DNO 2015  EIA 2015

 

Meta kważi ħadd ma jkun qed jagħti każ, nhar il-Ġimgħa 14 t’Awwissu 2015, waranofsinnhar, il-Gvern ippubblika żewġ emendi għar-regolamenti li jikkonċernaw il-bini.

Jidher li l-iskop ta’ dawn l-emendi hi li żvilupp li jsir fil-konfini tal-isptarijiet ta’ Għawdex, Mater Dei, Monte Carmeli, St Luke’s u San Vinċenż, ma jkunux jirrikjedu permess sakemm dan l-iżvilupp ikollu x’jaqsam ma kura medika.

Ir-regolamenti li ġew emendati huma tnejn: dawk imsejħa DNO, jiġifieri L-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp, u r-regolamenti tal-EIA.

L-ewwel emendi, dawk għad-DNO jistabilixxu li żvilupp li għandu x’jaqsam ma sptarijiet hu permess mingħajr ħtieġa la ta’ applikazzjoni u l-anqas ta’ notifika.

It-tieni sett ta’ emendi għar-regolamenti tal-EIA jeżenta żvilupp fl-isptarijiet li semmejt iktar il-fuq minn EIA.

 

Dawn l-emendi saru mingħajr diskussjoni u mingħajr l-ebda konsultazzjoni nhar l-14 t’Awwissu 2015 meta bosta jkunu bil-vakanzi.

Ifissru li dak li jagħmel il-Gvern fl-isptarijiet, issa, l-MEPA m’għandha l-ebda kontroll fuqu. Il-Gvern qed jagħti lilu innifsu l-awtorita li jagħmel li jrid u b’hekk qed idawwar l-arloġġ lura għal qabel l-1992 meta għall-ewwel darba l-Gvern beda hu ukoll japplika għall-permessi tal-bini.

Mela fejn jidħlu l-isptarijiet il-Gvern qed ipoġġi lilu innifsu il-fuq mil-liġi. Għalfejn? It-tweġiba għalija hi ovvja: għandu żewġ proġetti għall-isptar t’Għawdex u St Luke’s li dwarhom wasal f’xi forma ta’ ftehim ma’ żviluppaturi barranin u dak li ftiehem irid iwettqu mingħajr ma jindaħallu ħadd.

 

 

Advertisements

One comment on “Meta ħadd ma jkun qed jagħti każ

  1. Ma nafx ghalfejnqed titageb sur Cacopardo. Dan juri, kif dejjem jghid il-gvern, li huwa;
    – trasparenti
    – jikkonsulta ma kulhadd
    – ghalih l-ambjent huwa l-ewwel fuq agenda
    – u malta tigi l-ewwel u qabel kollox fejn jidhlu l-barranin l-aktar.
    – u li ghal flus dan il-gvern lest li minbara li bieh il-passaport, artijiet tal-poplu lill-baranin (zonqor, torrijiet il-gzira, ix-xemxija, sparijiet, power station, insomma lil jordanizi, libjan, kuwajtjani, cinizi, insomma,,, ) lest li jbieh ukoll anki ruhu. U minn socjalista sar moviment ta’ opportunisti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s