Il-bankina mhux tagħna ukoll?

Times on restaurants.100815

 

Wara li qrajt l-artiklu fuq it-Times dal-għodu, iktar naħseb li tagħhom biss! Qed nirreferi għal tal-bars u r-restoranti. Uħud għandhom permess, oħrajn m’għandhomx. Fost dawk li għandhom il-permess hemm min ħa biċċa oħra. Uħud biċċa żgħira, imma oħrajn biċċa ferm ikbar!

Il-bankina qegħda hemm għan-nies: biex jimxu huma u biex jagħmlu użu minnha  pushchairs jew wheelchairs ukoll. Imma minflok numru mhux żgħir qed jingħataw għall-kummerċ.

Mhux waħda u tnejn huma l-bankini li ma tistax tgħaddi minn fuqhom għax tar-ristoranti jew bars għamluhom tagħhom.

Għall-Awtorità tat-Turiżmu w id-Dipartiment tal-Artijiet, il-kummerċ jiġi qabel in-nies.

Għax anke l-bankina hi tagħna ukoll, mhux tagħhom biss.