Konsultazzjoni fis-sajf

School Opening Hours Consultation                  pre-budget 2016

 

Ma nafx jekk hux apposta, imma f’dawn il-ġranet il-Gvern beda żewġ eżerċizzji ta’ konsultazzjoni.

L-ewwel wieħed, iktar kmieni din il-ġimgħa kien dwar il-Budget li jmiss. Dan sar bil-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ qabel il-budget intitolat Delivering our Vision. Ma sibtx verzjoni bil-Malti ta’ dan id-dokument. Forsi għax tekniku. Imma xorta mhux aċċettabbli li materji ta’ importanza bħalma hi l-politika ekonomika u fiskali tal-pajjiż ma jkunux spjegati ukoll b’dokumenti bl-ilsien Malti. Suppost li qbiżna l-ħamsin sena bħala pajjiż indipendenti.

Ikolli ngħid l-istess ħaġa għall-White Paper li ħarġet dwar it-trasport għall-iskejjel. Din ħarġet il-bieraħ u hi intitolata School Opening Hours and Traffic Congestion. Hi parti minn eżerċiżżju importanti. Għalfejn bl-Ingliż? Għalfejn fi tmiem il-ġimgħa fis-sajf?

Kulltant jiġini d-dubju x’inhu l-iskop meta l-affarijiet isiru b’dan il-mod. Jekk hux kumbinazzjoni inkella jekk ikunux ippjanati.