Gasan mhux mejjet bil-ġuħ

Delimara floating gas stirage terminal

L-anqas ta’ Tumas m’huma mejta bil-ġuħ.

Għax bla ma trid bilfors tasal għall-konklużjoni li mejtin bil-ġuħ meta tisma’ l-aħbar li s-self ta €350 miljun ghall-power station ta’ Delimara mal-BoV u tlett banek oħra ser ikun garantit mill-Gvern ta’ Malta minflok ma jiggarantuh huma u l-membri l-oħra li baqa’ tal-konsorzju s-Socar tal-Azerbajgan u s-Siemens.

Minn meta l-hawn il-Gvern jagħmel tajjeb għall-garanziji tal-kuntratturi tiegħu?

Mill-bidu nett kien jidher li hemm xi ħaġa mhux f’postha f’Delimara.

L-ewwel Joseph wiegħed li l-power station bil-gass ser tkun lesta sa sentejn mill-elezzjoni, inkella jirreżenja. Is-sentejn għaddew. Ma lesta xejn u ma rreżenjax.

Imbagħad fallew il-Gasol – li kellhom 30% sehem fil-proġett, il-partners ewlenin tal-proġett.

Issa daħal il-Gvern biex ikun garanti għas-self li hemm bżonn għall-proġett. Garanzija bhal din, normalment jagħmilha l-kuntrattur li jkun qed jieħu ħsieb il-proġett.

Hemm xi ħaġa tinten ħafna. Għax la Gasan u l-anqas ta’ Tumas m’huma mejtin bil-ġuħ. Kemm huma kif ukoll is-Socar u s-Siemens għandhom x’jagħmel tajjeb għas-self li ġie negozjat mal-BoV u l-banek l-oħra!