Salarju tal-Prim Ministru €94,000, daqs kemm kellu Austin Walker tal-MEPA ?

Austin Walker

 

L-Independent f’dawn il-ġranet żvela l-kontenut tar-rapport li l-Prim Ministru talab Kumitat magħmul mill-Ombudsman,l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju Elettorali Ewlieni dwar mekkaniżmu biex ikun stabilit il-ħlas li jirċievu l-politiċi (holders of political office).

Dan hu punt politiku li jirriżulta mill-polemika taż-żieda tal-€500 fil-ġimgħa li l-Kabinett immexxi minn Lawrence Gonzi ta’ lilu innifsu. Kien awto-goal li ħalla effetti negattivi mhux żgħar fuq il-Gvern immexxi mill-PN għax permezz ta’ dan il-pass idefinixxa lilu innifsu bħala Gvern insensittiv : għax fil-waqt li żied il-piż fuq iż-żgħir, fl-istess ħin ma iddejaqx jagħti lilu innifsu żidied sostanzjali.

L-Opposizzjoni dakinnhar għamlet dak li tagħmel kull Opposizzjoni: ħatfet l-opportunita’ li ngħatat lilha fuq platt. Kienet opportunita’ politika li għasritha u ħalbitha sa l-aħħar qatra possibli.

Għalhekk il-Gvern tal-lum qiegħed attent u qiegħed jipprova jiddistakka ruħu mill-proposti tal-Kumitat immexxi mill-Ombudsman Said Pullicino.

Ir-rapport tal-Kumitat immexxi mill-Ombudsman fih ħafna x’tiddiskuti.

Jiena u Arnold Cassola f’isem Alternattiva Demokratika iltqajna mal-Kumitat u iddiskutejna magħhom il-proposti li kienu qed jikkunsidraw. Huwa għalhekk ta’ sodisfazzjon għalina li l-Kumitat qabel ma waħda mill-proposti fil-programm elettorali ta’ Alternattiva Demokratika fl-aħħar elezzjoni ġenerali u għamilha tiegħu. Qed nirreferi għall-proposta li f’Malta l-Membri tal-Parlament ikunu full-timers.

Ir-rapport tal-Kumitat, li Alternattiva Demokratika ngħata kopja tiegħu madwar xahar ilu bil-kundizzjoni li żżommu kunfidenzjali, jemfasizza l-vantaġġi ta’ Membri Parlamentari li jiddedikaw il-ħin kollu tagħhom għall-ħidma Parlamentari tagħhom.

L-ikbar interess tal-gazzetti u l-aħbarijiet fuq l-istazzjonijiet tat-TV kienet ovvjament dwar is-salarji proposti.

Interessanti l-fatt li l-Kumitat qed jipproponi illi l-Prim Ministru jkollu salarju ta’ madwar €94,000. Għal min qed jaħseb li dan hu xi salarju fenomenali  tajjeb li tiftakru li Austin Walker Chairman tal-MEPA tħallas dan l-istess ammont kull sena  matul il-perjodu 2008-2013.

Diskussjoni interessanti avolja Joseph  Muscat qed jgħid li ma jaqbilx mar-rapport!

One comment on “Salarju tal-Prim Ministru €94,000, daqs kemm kellu Austin Walker tal-MEPA ?

  1. Allura intom ta’ l-AD taqblu jew ma taqblux mas-salarji proposti?

    Ikun tajjeb kieku nkunu nafu fuq liema kriteri hareg b’dawn il-figuri il-Kumitat. Ikun ukoll sew li kieku l-Kumitat johrog bi proposti ta’ x’ghanda tkun il-minimumn wage u salari fi skali ohra vis-a-vis mas-salari proposti ghall MPs u l-president. Imbaghad, iva, tista’ ssir diskussjoni decenti.

    Huwa hasra li, bi skopijiet malinji, certa stampa u bloggers ffukaw fuq is-salarju tal-PM minghajr a’ uzat l-istess enfazi biex tinforma li l-PM prezenti ma jaqbilx ma dawn il-proposti la ghalissa u lanqas gal futur! Anzi, uhud mill-istampa tat wiehed x’jifhem li l-PM qed jigdeb fuq dak li qal l-Ufficju tieghu! Dan huwa mod malizzjuz, immorali, unetiku u mxajtan ta’ kif wiehed jiggurnalizza!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s