Meta Michael Falzon u Ninu Zammit besqulna f’wiċċna

Minster's declaration

 

L-evazjoni tat-taxxa hi dejjem materja gravi. Jagħmilha min jagħmilha. F’kull żmien.

Imma l-evażjoni tat-taxxa li ammettew Michael Falzon u Ninu Zammit fi tmiem il-ġimgħa hi gravi ferm iktar. It-tnejn li huma, skond kif iddikjaraw lill-medja huma stess, għamlu użu minn amnestija li permezz tagħha ħallsu l-multi dovuti skond il-kundizzjonijiet ta’ dik l-amnestija. Il-multi li ħallsu ħelsuhom minn proċeduri kriminali għal dak li għamlu.

Imma hemm dnubiet ferm ikbar li la Michael Falzon u l-anqas Ninu Zammit għadhom m’għamlux pentitenza għalihom. L-anqas għad ma taw l-iċken indikazzjoni li jidmu minn dak li għamlu.

Mill-1994 lil hawn skond il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u tal-Membri Parlamentari huma għamlu dikjarazzjonijiet dwar l-assi  li kienu jippossjedu. Bid-dikjarazzjoni tagħhom ta’ tmiem il-ġimgħa Michael Falzon u Ninu Zammit ammettew li għamlu dikjarazzjoni falza quddiem il-Kabinett u quddiem il-Parlament.

Dan hu dnub kbir kontra l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż. Bid-dikjarazzjoni falza li għamlu quddiem il-Kabinett u quddiem il-Parlament Michael Falzon u Ninu Zammit besqu f’wiċċ kull min wera fiduċja fihom.

L-inqas li nistennew hi apoloġija pubblika. Minflok ikollna ir-reazzjoni arroganti ta’ Ninu Zammit li iddikjara li (issa) għandu kollox regolari u  l-għaliex m’għadux fil-Parlament għandu jitħalla bi kwietu.

Min besaq f’wiċċ l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż m’għandu l-ebda dritt li jitħalla bi kwietu.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s