Simon jitgħaxxaq b’Toni Bezzina u l-politika onesta

Toni Bezzina + politika onesta

 

Qiegħed attent biex ħadd ma jaqbeż il-linja. Biex iżomm id-dixxiplina u jassigura ruħu li min jiżbalja jieħu dak li ħaqqu. Immedjatament. L-anqas minuta ma jdum! “Barra! Barra!” Kien qalilna.

Hekk kif ir-raġel ta’ Giovanna Debono ittella’ l-Qorti akkużat b’diversi abbużi dwar użu ta’ fondi pubbliċi żamm kelmtu w issospenda lil Giovanna immedjatament.

Għamel l–istess meta is-Sindku ta’ Victoria f’Għawdex Samwel Azzopardi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku u irrifjuta li joqgħod għall-breathalyser. Kien sospiż (jew issospenda ruħu) dakinnhar. Imma issa li nstab ħati tneħħiet is-sospensjoni. Din serjetà?

Mela l-mannara għal Giovanna biss?

Hi iktar tal-biki l-qagħda ta’ Toni Bezzina li dwaru hemm l-allegazzjoni serja li uża riżorsi tal-Gvern biex waqt il-ħin tax-xogħol sar xogħol ta’ tibjid fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq fl-2012. Bezzina fetaħ żewġ kawżi tal-libell “biex inaddaf ismu” imma dawn il-kawżi tilifhom it-tnejn. Mela ovvjament ismu ma naddfux. U qiesu ma ġara xejn !

Imma bilħaqq issa Toni Bezzina ser jappella. B’hekk itawwal ftit taż-żmien.

Wieħed kellu raġel. Dr Joseph Cassar il-pjikjatra. Meta irrealizza li żbalja, dabbar rasu. Refa fuq spallejh ir-responsabbiltà ta’ egħmilu.

L-aqwa li Simon Busuttil jitgħaxxaq b’Toni Bezzina u l-politika onesta.

One comment on “Simon jitgħaxxaq b’Toni Bezzina u l-politika onesta

  1. Gd Mng Carmel. Dan il-bniedem ta’ €™haddiehor jara,miskin.Dawk dnubiet serji/gravi. Tieghu dnubiet tal-abbatini.Mhux hekk qalet Fenech. Ma €™nistenniex ahjar minn ghandu.Kull min jgholli idejh kullhadd isib xi jxomm.Nahseb li dan il-qawl insieh Simon.U biex tiskondra trid tkun pur.Irid jiftakar li dak €˜li tizra tahsad€™. U li tixtieq lill garek jigi f’€™darek.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s