Kien ta’ sodisfazzjoni kbir il-bieraħ nisimgħu l-aħbar li iktar skejjel kisbu l-Bandiera l-Ħadra, rikonoxximent tal-għarfien ambjentali tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel Maltin.
S’issa hemm 36 skola li kisbu l-Bandiera l-Ħadra u hemm bosta oħrajn li qegħdin fit-triq. Dan kollu bis-saħħa tal-proġett eko-skola.
Dan hu ċertifikat kbir għall-iskejjel tagħna kif ukoll għall-għaqda ambjentali Nature Trust Malta. Imma iktar minn hekk hu investment fil-futur. Għax l-għarfien ambjentali li kisbu dawn it-tfal u ż-żgħażagħ diġa qed ixerrduh: illum fil-familji tagħhom, għada fis-soċjeta. Huwa investiment fiċ-ċittadini ta’ għada li bla dubju ser ikunu f’posizzjoni tajba biex jikkoreġu l-iżbalji tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom.
Prosit għal dan is-sodisfazzjoni kbir u għat-tama kbira għal Malta ta’ għada li tkun waħda aħjar minn dik tal-lum.