Il-libertà tal-moviment tal-persuni fl-Unjoni Ewropeja u r-Renju Unit

freedom of movement of persons

Waħda mill-affarijiet li ħarġet ċara mis-Summit tal-Unjoni Ewropeja tal-bieraħ hi li l-benefiċċju tal-aċċess għas-suq wiehed mhuwiex mingħajr responsabbiltajiet. Ilha ċara imma hemm għamel ta’ bir-ruħu mod ieħor.

L-aċċess għas-suq wieħed Ewropew iġib miegħu numru ta’ responsabbiltajiet bażiċi. Waħda minn dawn hi l-aċċettazzjoni ta’ dawk li nirreferu għalihom bħala l-erba’ libertaijiet  [the four freedoms] : il-libertà tal-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi u tan-nies.

Ir-Renju Unit irid jillimita l-libertà tal-moviment liberu tan-nies.

Għadhom ma fehmux li r-regoli mhumiex a la carte. Għax dawn huma prinċipji fundamentali li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropeja.

Stimi jindikaw li fir-Renju Unit hemm 3.3 miljun ċittadin mis-27 pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni Ewropeja li minnhom 2.1 miljun qed jaħdmu.

Min-naħa l-oħra hemm 1.2 miljun ċittadin mir-Renju Unit li qed jgħixu fis-27 pajjiż membri tal-Unjoni Ewropeja. L-ikbar komunitajiet qegħdin fi Spanja ( 309,000), l-Irlanda ( 255,000), Franza (185,000) u l-Ġermanja ( 103,000). 800,000 huma ħaddiema u d-dipendenti tagħhom fil-waqt li 400,000 huma pensjonanti.

Skond iċ-ċensiment tal-2011 kien hawn 6,652 ċittadin tar-Renju Unit jgħixu f’Malta. Nafu ukoll li madwar 28,000 Malti kellhom dritt tal-vot fir-referendum tar-Renju Unit.