Smajt lil Simon Busuttil jgħid kemm hu kburi li jxejjer il-bandiera tal-onestá. Valur li skond Simon Busuttil iħaddan il-Partit Nazzjonalista.
Jiena dan ma nifhmux meta niftakar, per eżempju, fil-kaz tal-invoices “foloz” tad-db Group. L-anqas ma nifhmu fid-dawl tad-dikjarazzjoni ta’ Claudio Grech li (hu) ma jiftakarx li qatt iltaqa’ ma George Farrugia taż-żejt, dak, jiġifieri, li qiegħed fiċ-ċentru tal-iskandlu taż-żejt. Dikjarazzjoni li ma titwemminx imma li dwarha ħadd fil-PN ma għamel xejn jew lissen kelma. Forsi għax l-onestá ħierġa minn widnejhom!
L-anqas il-poster boy ta’ Simon Busuttil qatt ma qal xejn. Għax dak ma jarax kollox u, miskin, dak li hu taħt imnieħru ma jxommux. Ovvjament l-onestá ħierġa minn widnejhom.
Sfortunatament il-konsistenza mhux wieħed mill-valuri ta’ Simon Busuttil.