Il-Majestà Tiegħu, l-Prim Ministru, iddejjaq li l-ispanjulett milqut waqa’ fl-iskola St Edward’s College fil-Birgu. Dehrlu li dan kien iżżejjed u li kien meħtieġ messaġġ ċar. Minn fejn kien qiegħed ibati fl-Azerbajġan ħabbar fuq Twitter li kien ta’ l-ordni biex l-istaġun jieqaf, minnufih.
Żmien ir-rejjiet u l-irġejjen ilu li spiċċa, imma min jiddeletta bid-deċiżjonijiet arbitrarji, dan, donnu li għadu ma irrealizzahx. Il-Majestà Tiegħu imma hu tal-fehma li x-xewqa tiegħu hi l-liġi. Għalhekk kien ħabbar għal darba tnejn li ser jivvota IVA biex il-qaddejja fidili jagħmlu bħalu.
Għax għamlu bħalu uħud jidhrilhom li ankè huma akkwistaw is-setgħa li jagħmlu li jridu. Għax ankè huma jidhrilhom li għandhom ikunu l-fuq mill-liġi.
Dak li tiżra’ taħsad, Ġuż …………..
Il-bicca hija li il- kuncett ta majesta’ u rejjiet jgib mieghu ukoll lil dawk li jitghaffgu mir-roti tal-karozzella tar-re…
Daqsxejn wahda outdated ghall-2015 f’pajjiz suppost demokratiku.
Joe Muscat tant jemmen fir-rispett li meta guvni Olandiz hasbuh gamiema, ghalaq ghajn minnhom. U ma jimpurtax imbilli sejrin ibejtu ghal Joe, ghax wara kollox il-bniedem m’ghandux ghalfejn ihabbel rasu ghal ta’ warajh.
U wara kollox, ma tantx tilfu… 3 ijiem kollox. Mela darb’ohra naghmlu l-istess, ghax mhux se jigri xejn.
‘Dak li tizra’ tahsad Guz’ Izda hawn ukoll min jizra’ u ma jimbitx ghax isaqqi bil-velenu!!
sa fejn naf jien ahna stat kostituzzjonali u li hadd ma hu suppost oghla mil-ligi imma mid-dehra l-prim ministru dan ma jafux u ghadu jhoss li jista jaghmel bic-cittadin dak li jrid hu jdoqq u ahna nisfnu!!!
Medja ta’ illegalità (li nafu biha) kull jumejn.