L-annimali, il-moħqrija u l-ikel fuq il-platt

Issa għaddew iktar minn seba’ snin minn meta issejjaħ ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Referendum li kien inizjattiva ta’ Alternattiva Demokratika flimkien ma’ koalizzjoni ta’ 13-il għaqda ambjentali u tal-ħarsien tal-annimali u li kien intilef b’numru żgħir ħafna ta’ voti. Kultant dan il-proċess demokratiku jerġa’ jissemma’ fl-aħbarijiet u dan billi l-għaqdiet tal-kaċċaturi jridu  jnaqqsu l-aċċess għal dan id-dritt. S’issa, fortunatement, ħadd ma jidher li ta każ tagħhom. Imma ħadd ma jaf jekk l-affarijiet jinbidlux fil-futur!

Flok ma nirrestrinġu l-użu demokratiku tal-għodda tar-referendum għandna nikkunsidraw li nestendu l-użu tiegħu. Sal-lum għandna d-dritt li niġbru l-firem biex jissejjaħ referendum li jipproponi li titħassar liġi jew parti minnha. Għalhekk jissejjaħ referendum “abrogattiv” għax huwa referendum li jħassar ligi jew parti tagħha. Dan id-dritt demokratiku  għandu jkun estiż biex ikun possibli li jittieħdu inizjattivi dwar liġijiet li l-Parlament jevita b’mod kontinwu.  ADPD-The Green Party repetutament ippropona li dan isir bi proposti speċifiċi fil-manifest elettorali. L-aħħar darba li dan sar kien fl- elezzjoni ġenerali tal-2022.

Ir-referendum tal-2015 dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa kien biex jitħassru regolamenti li kienu jippermettu l-kaċċa fir-rebbiegħa. B’dan il-pass kienet tkun qed tiġi imħarsa l-bijodiversità u dan għax fil-perjodu li l-għasafar ibejtu l-ebda kaċċa ma kienet tkun permessa.   Dan imma ma kienx jindirizza l-ħarsien tal-għasafar b’mod iktar wiesa’. Biex dan ikun jista’ jseħħ teħtieġ li tkun abolita l-kaċċa f’kull żmien. Din fil-fatt kienet, u nifhem li għada, l-posizzjoni ġustifikata tal-għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali.

Id-dibattitu lokali dwar il-ħarsien tal-annimali hu sfortunatament limitat għall-annimali li nżommu fid-djar (pets), dawk li jintużaw fir-riċerka, kif ukoll riċentment għaż-żmiemel li jintużaw mal-karozzini. Ittieħdu diversi inizjattivi dwar iż-żwiemel u dan wara ħidma bla waqfien mill-għaqidet li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali.

Il-mod kif l-industrja tal-agrikultura timxi mal-annimali fl-irziezet hi materja ta’ importanza. Qed jingħata importanza dejjem ikbar fl-Unjoni Ewropeja.

Riċentement, Alison Bezzina, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali ippruvat testendi d-diskussjoni dwar dan kollu billi ikkummentat dwar il-konsum tal-ħalib. Il-kummenti tagħha saru fil-Jum Dinji tal-Ħalib (3 ta’ Ġunju). Hi ibbażat il-kummenti tagħha fuq dak li jgħaddu minnu l-baqar li jipproduċu l-ħalib b’mod naturali għall-għoġġiela tagħhom u jispiċċaw jeħdulhom kemm il-ħalib kif ukoll lill-għoġġiela biex jinbiegħ kummerċjalment!  

L-argument dwar il-mod kif nimxu mal-annimali jkompli. Intqal illi kieku l-biċċerija għandha ħitan tal-ħġieg, ħadd iktar ma jiekol laħam. Il-punt hu li l-mod kif jiġi prodott il-laħam jassoġġetta lill-annimali għall-moħrija esaġerata li, kieku tkun magħrufa, tant taħsad nies li kważi ħadd iktar ma jmiss il-laħam b’mod permanenti.

It-trasparenza fil-biċċerija u l-fabbriki tal-annimali hi essenzjali biex ikun assigurat li r-regoli bażiċi li jħarsu lill-annimali mill-moħqrija bla sens qed jiġu osservati.

It-triq mir-razzett sal-mejda tal-ikel hi mimlija bi problemi konnessi mat-trattament ħażin tal-annimali. Li kellna nkunu nafu iktar dak li jseħħ wara l-bibien magħluqin tal-irżieżet jew tal-fabbriki tal-annimali bla dubju jkollna  nibdew naħsbu sewwa dwar l-għażliet tagħna ta’ dak li nieklu. Dawn huma għażliet li ħafna drabi nagħmluhom b’għajnejna magħluqa, bla ħafna ħsieb. Huma għażliet awtomatiċi li ħafna drabi ftit tajna każ ta’ xi jfissru: għax dejjem hekk għamilna.

L-etika dwar dak li nieklu hi estensjoni naturali tad-dibattitu ambjentali. Fil-fatt il-ġustizzja ambjentali u l-ħarsien tal-annimali huma tewmin.

In-numru ta’ dawk li ma jieklux laħam qiegħed jiżdied kif qiegħed jiżdied in-numru ta’ dawk li ma jridux imissu prodotti ġejjin mill-ħalib. Din iż-żieda hi waħda fuq livell globali. Dawn l-għażliet qed isiru fuq konsiderazzjonijiet ambjentali, konsiderazzjonijiet dwar ħarsien tal-annimali kif ukoll konsiderazzjonijiet etiċi.

Il-Gvern jippenalizza lil dawk li jagħmlu għazliet etiċi dwar l-ikel. Dan ġie emfasizzat riċentement waqt intervista ta’ Darryl Grima, ambjentalist, veġan u attivist kontra l-qtil tal-annimali għall-ikel. Hu meħtieġ li l-Gvern ma jibqax jippenalizza lil min jagħmel dawn l-għażliet. Darryl Grima jsemmi eżempju wieħed. Il-ħalib hu meqjus bħala prodott tal-ikel u għaldaqstant fuqu ma titħallasx taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Imma l-prodotti li jintużaw bħala alternattivi għall-ħalib ma jitqiesux bħala ikel u allura huma soġġetti għall-VAT. Dan mhux sewwa u għandu jinbidel.

Mahatma Gandhi kien jemfasizza li “l-kobor ta’ nazzjon u l-progress morali tiegħu jitkejjel minn kif huwa jittratta lill-annimali.”  Dan jgħodd għal kulħadd, f’kull żmien.

ippubblikat fuq Illum : 10 ta’ Lulju 2022

On birds and other animals

It has been seven years since the spring hunting referendum, a Green Party initiative in Malta supported by a coalition of 13 environmental and animal welfare NGOs, was lost by the smallest of margins.  Occasionally we still have public references to that democratic process as the hunting lobby wants to restrict its availability. So far, fortunately, they have not been heeded. One does not however know whether this will remain so.

Rather than restricting the use of a referendum by popular demand one should consider extending it. The right to call an abrogative referendum should be extended to also include a referendum which proposes legislative initiatives. So far, we have the right to take the initiative to delete legislation or part of it, hence the term “abrogative” meaning “to delete”. This democratic right should be extended to make it possible to include the taking of legislative initiatives by the electorate, in particular those initiatives which are continuously avoided by Parliament. ADPD-The Green Party has time and again proposed the matter in its electoral manifesto, including in the manifesto for the 2022 general elections.

The 2015 spring hunting referendum sought to delete from the statute book legislation permitting spring hunting. This would have addressed issues of biodiversity by abolishing hunting during the bird breeding season. The 2015 referendum initiative did not however address issues of animal welfare as in such a case one would have to consider the complete abolition of hunting. This was and in fact still is the valid view of a number of animal welfare NGOs.

The local debate on animal welfare is unfortunately limited to treatment of pets, to animals used in research and relatively recently to the welfare of horses used by the local cabs (karozzini). Various initiatives in this respect have been embarked on in the past years as a result of the persistent lobbying by animal welfare NGOs.

The treatment of farm animals is a basic issue which is not given due weight by the agricultural industry. It is given an ever-increasing importance within the EU.

Recently, Alison Bezzina, the Animal Welfare Commissioner sought to extend the animal welfare debate by challenging the need for milk consumption. She did this in her comments on World Milk Day (3 June) basing her arguments on what cows are made to endure in order to produce milk for human consumption. It was pointed out that access of the new born calves to that same milk which nature provides for their subsistence is diverted to human use!

Extending the argument further, it has been stated by many others that if the abattoir had glass walls none of us would ever eat meat again. The point made being is, to put it mildly, that the process to produce meat for our consumption causes a lot of unnecessary suffering to animals, which, if we are aware of, would put most of us off meat consumption permanently.

Transparency at the abattoir and farm factories is essential in order to ascertain as to whether the basics of animal welfare standards are being adhered to!

From the farm to the fork there are many issues of animal welfare which are continuously ignored by one and all. Being aware as to what goes on behind the closed doors of farms and farm factories would undoubtedly force us to think carefully about our choices of food. Choices which, so far, we take for granted, as they are choices which we consider to be automatic ones and which we rarely think about.

The ethics of what we eat is a natural extension of the environmental debate. In fact, environmental justice and animal welfare are twins.

The number of those who do not eat meat as well as those who do not consume dairy products is on the increase on a global level. Their choices are based on environmental, animal welfare and ethical considerations.

Government penalises those who make ethical choices when it comes to food! This was emphasised recently in an interview by Darryl Grima, an environmentalist, vegan and End the Slaughter campaigner. It is about time that government does not penalise those making such choices. Darryl Grima refers to one example. Dairy milk is considered as food and is therefore not subject to value added tax (VAT). Its substitutes, however, plant-based milks, are still subject to VAT. This is unacceptable and should change.

Mahatma Gandhi used to emphasise that “the greatness of a nation and its moral progress can be judged by the way in which its animals are treated”.  This is food for thought: pun intended.

published in The Malta Independent on Sunday 10 July 2022

Il-kaċċa fir-rebbiegħa: referendum ieħor?

 

F’konferenza tal-aħbarijiet illum il-Birdlife qalet li qed tikkunsidra jekk għandhiex tibda t-triq biex jissejjaħ referendum abrogattiv ieħor dwar il-kaċċa.

Il-Birdlife hi motivata mill-attitudni tal-Gvern li jfittex kontinwament li jikkuntenta lill-kaċċaturi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tgħid il-Birdlife, m’għandiex triq oħra. Għax la ma tistax tasal bir-raġuni mal-Gvern, tipprova tasal bil-vot permezz ta’ referendum.

Ir-referendum tal-2015 dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa ntilef bi ftit: tikka iktar minn 2000 vot. Il-Birdlife taħseb li r-riżultat din id-darba jkun differenti minħabba li l-ebda wieħed mill-mexxejja politiċi m’hu qed jirrappresenta l-interessi tal-ambjent.

L-analiżi biex ikun ġustifikat referendum abrogattiv ieħor dwar il-kaċċa (fir-rebbiegħa) trid tibda minn analiżi profonda tar-referendum tal-2015. Trid tkun analiżi li twassal biex wieħed jifhem sewwasew x’ġara.

Jiena naqbel li l-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf illum qabel għada imma għadni mhux konvint li d-diffikultajiet li wasslu għat-telfien tar-referendum abrogattiv tal-2015 għad jistgħu jingħelbu f’dan il-mument. Il-ħidma li trid issir hi kbira ħafna.

Huwa tajjeb li l-Birdlife iżżomm l-arma ta’ referendum abrogattiv bħala oġġettiv għax fl-aħħar mill-aħħar, probabbilment li din hi l-unika triq prattika. Imma l-ostakli mhumiex żgħar u biex naslu mhux faċli daqskemm wieħed jista’ jaħseb.

L-esperjenza tgħallimna kontinwament li filwaqt li l-opposizzjoni għall-kaċċa hi kbira, meta niġu għall-vot ikun hemm kwantitá ta’ persuni li joqgħodu lura u dan għal elf raġuni. Hekk ġara fl-2015 u wisq nibża’ li s-sitwazzjoni għadha sostanzjalment l-istess.

Simon Busuttil dwar il-kaċċa

Qed jgħidulna li Simon Busuttil mhu ser jagħmel l-ebda referendum ieħor dwar il-kaċċa (fir-rebbiegħa).

Bħal dak li qallu li Simon Busuttil jew il-PN qatt kellhom x’jaqsmu mar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa!

Ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa seħħ wara li Alternattiva Demokratika u numru kbir ta’ għaqdiet ambjentali flimkien ġbarna l-firem biex dan ikun jista’ jsir.

Jekk isirx referendum ieħor jew le ma jiddeċidix Simon imma l-votanti meta dawn jagħżlu jekk jappoġġawx petizzjoni oħra għal referendum, dejjem jekk din il-petizzjoni issir!

Ta’ l-inqas issa nafu li Simon Busuttil ivvota favur il-kaċċa. Dan nafuh għax qalilna hu x’ħin kien qed jipprova jilgħaq lill-kaċċaturi.

Nittama li ma jerġax jibda jippoża favur l-ambjent issa li kixef  x’hemm wara l-maskra!

 

Fl-2015, l-ambjent taħt assedju. Fl-2016 l-assedju ikompli.

msida_water. 021015

 

Is-sena 2015 kienet waħda li fiha l-ambjent kien taħt assedju. Assedju li bla dubju ser jintensifika ruħu matul is-sena d-dieħla. Għax ma hemm l-ebda dubju li l-aġenda tal-Labour hi waħda kontra l-ambjent.

Bla dubju mument importanti fl-2015 kien ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Referendum li intilef bi sbrixx imma li xorta wassal messaġġ qawwi, prinċipalment minħabba li huwa riżultat li nkiseb minkejja li kemm il-PN kif ukoll il-PL dejjem appoġġaw il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Wara spikka il-każ taż-Żonqor li wassal għal dimostrazzjoni kbira ġol-Belt. Iktar tard il-Gvern ipprova jagħti l-impressjoni li kien qed jagħti kaz u dan billi ċċaqlaq ftit.

Il-qagħda tat-trasport pubbliku matul l-2015 tjibiet ftit imma għadha lura ħafna minn dak li jixraqlu u għandu bżonn dan il-pajjiż. Hi l-unika tama li tista’ tnaqqas il-pressjoni taż-żieda tal-karozzi fit-toroq. Hi l-unika tama għal titjib fil-kwalità tal-arja. Inutli jwaħħlu fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel.

Matul l-2015 l-ilma tax-xita flok ma jinġabar fi bjar li qatt ma saru, baqa’ jintefa’ fit-toroq. Issa li x-xogħol fuq il-mini taħt l-art ġie konkluż il-periklu fit-toroq ser jonqos għax il-parti l-kbira tal-ilma ser jispiċċa l-baħar. Il-flus li intefqgħu fuq dawn il-mini kienu fil-parti l-kbira tagħhom flus moħlija. Kien ikun iktar għaqli kieku intefqgħu biex l-ilma jinġabar flok biex jintrema.

F’nofs dawn l-aħbarijiet negattivi kollha ġiet ippubblikata l-enċiklika ambjentali tal-Papa Franġisku. Fiha tinħass sewwa t-togħma Latino-Amerikana ta’ Leonardo Boff li tenfasizza r-rabta bejn il-faqar u t-tħassir ambjentali. Hemm tama li din l-enċiklika tista’ tkun ta’ siwi biex iktar nies jiftħu għajnejhom.

F’Ġunju l-Kap tal-Opposizzjoni qalilna li l-PN fil-Gvern għamel diversi żbalji ambjentali u li jixtieq li jibda paġna ġdida. Din id-dikjarazzjoni ta’ Busuttil tikkuntrasta ma dak li ntqal fir-rapport tal-PN dwar it-telfa fejn ġie emfasizzat li l-PN kien vittma ta’ sabutaġġ minn dawk maħtura biex imexxu (inkluż ovvjament mill-MEPA).

Il-battalja tat-torrijiet għadha magħna. Preżentement hemm pendenti żewġ applikazzjonijiet f’tas-Sliema, waħda f’Townsquare (38 sular) u oħra f’Fort Cambridge (40 sular). Ir-residenti, li bħal dejjem jispiċċaw iġorru l-konsegwenzi ta’ dawn id-deċiżjonijiet, huma injorati.

Kellna t-tniġġiż fil-baħar. Diversi inċidenti fil-Port ta’ Marsaxlokk li bihom ġie ikkonfermat, jekk qatt kien hemm ħtieġa ta’ dan, li l-Bajja s-Sabiħa m’għandhiex iktar sabiħa. Dan minħabba li issa l-port sar definittivament wieħed industrijali. L-unika ħaġa li jonqos huwa t-tanker sorġut b’mod permanenti fil-port biex fih jinħażen il-gass.

Nhar is-Sibt jorħos il-prezz tal-petrol u d-diesel. Għal uħud imissu ilu li raħas. Forsi kien ikun aħjar li ma raħas xejn. Hemm bżonn kull mezz possibli biex jonqsu l-karozzi mit-toroq. Il-prezz tal-fuel hu wieħed minn diversi miżuri li jekk użati bil-għaqal jistgħu jagħtu frott. Il-problema imma, sfortunatament hi li ma hemmx volontà politika.

IL-MEPA ser tinqasam. L-ippjanar għalih u l-ambjent għalih. Mhux ser isir wisq ġid b’din il-miżura għax is-saħħa amministrattiva li għandu pajjiż żgħir ġejja miċ-ċokon tiegħu. Meta taqsam l-awtorita f’biċċiet tkun ferm inqas effettiv. Hekk ser jiġri. Il-MEPA ma kienitx qed taħdem sewwa għax ma ħallewiex taħdem sewwa. Għax kienet imxekkla minn bordijiet li jew ma jifhmux inkella b’aġenda moħbija.

Dan hu l-wirt li s-sena 2015 ser tħalli lis-sena 2016. L-unika ħaġa pożittiva hi li bil-mod qed tiżviluppa kuxjenza ambjentali fost il-ġenerazzjonijiet li tielgħin.

Is-sena t-tajba? Forsi.

Il-Majestà Tiegħu ddejjaq bl-ispanjulett milqut

spanjulett St Edwards

 

Il-Majestà Tiegħu, l-Prim Ministru, iddejjaq li l-ispanjulett milqut waqa’ fl-iskola St Edward’s College fil-Birgu. Dehrlu li dan kien iżżejjed u li kien meħtieġ messaġġ ċar. Minn fejn kien qiegħed ibati fl-Azerbajġan ħabbar fuq Twitter li kien ta’ l-ordni biex l-istaġun jieqaf, minnufih.

Żmien ir-rejjiet u l-irġejjen ilu li spiċċa, imma min jiddeletta bid-deċiżjonijiet arbitrarji, dan, donnu li għadu ma irrealizzahx. Il-Majestà Tiegħu imma hu tal-fehma li x-xewqa tiegħu hi l-liġi. Għalhekk kien ħabbar għal darba tnejn li ser jivvota IVA biex il-qaddejja fidili jagħmlu bħalu.

Għax għamlu bħalu uħud jidhrilhom li ankè huma akkwistaw is-setgħa li jagħmlu li jridu. Għax ankè huma jidhrilhom li għandhom ikunu l-fuq mill-liġi.

Dak li tiżra’ taħsad, Ġuż  …………..

 

Spiċċa l-kafè

smell the coffee

 

Lino Farrugia waqt il-kampanja referendarja kien qalilna li jekk kaċċatur fil-kampanja jiltaqa’ ma xi ħadd għaddej jimxi dan probabbilment joffrilu kafè.

Jidher li ż-żgħażugħ Olandiż li kien f’Pembroke kmieni dal-għodu kien ftit sfortunat. Probabbilment li l-kaċċatur viċin tiegħu kien spiċċalu l-kafè għax minflok ma ngħata tazza kafè spiċċa ntlaqat biċ-ċomb.

Skond il-gażżetti online dan iż-żgħażugħ Olandiz intlaqat f’siequ  u spiċċa l-isptar biex ikun imdewwi għal feriti ħfief.

Dejjem skond il-gazzetti online iż-żgħażugħ spiċċa ukoll insulentat u mhedded.

Jidher li spiċċa l- kafè!

 

Iċ-ċavetta li tista’ tiftaħ il-bibien magħluqa ………………

Opening door with key

 

Mhux l-ewwel wieħed li ser nikkummenta li bir-riżultati elettorali ta’ tmiem il-ġimgħa kulħadd hu kuntent. Ovvjament din hi reazzjoni artifiċjali ħafna u għandha titqies biss bħala l-ewwel reazzjoni sakemm kulħadd ikollu ċ-ċans li jifli ftit ir-riżultati daqsxejn iktar fil-fond.

Iċ-ċifri uffiċjali, per eżempju jgħidu li Alternattiva Demokratika kisbet 1.10% tal-voti mitfugħa f’dan ir-rawnd ta’ elezzjonijiet lokali. Dawn iċ-ċifri huma korretti imma ma jagħtux l-istampa rejali. Dan minħabba li AD ikkontestat biss f’7 lokalitajiet minn 34. Il-lokalitajiet li fihom AD ikkontestat l-elezzjonijiet nhar il-11 t’April l-anqas ma huma għal kollox l-istess lokalitajiet li fihom AD ikkontestat fl-2012 u allura ftit li xejn tista’ tagħmel paraguni.

Fil-Qala, fin-Nadur u f’Ħal-Qormi AD kisbet numru żgħir ta’ voti li huma kumparabbli kemm ma dawk miksuba fl-elezzjoni ġenerali kif ukoll, fejn applikabbli, ma’ parteċipazzjoni f’elezzjonijiet oħra tal-Kunsilli Lokali fl-istess lokalitajiet. F’dawn il-lokalitajiet mela jkun ġust li wieħed jikkonkludi li AD baqgħet fl-istess ilma.

Imma mhux l-istess jista’ jingħad fil-lokalitajiet l-oħra. F’Ħ’Attard reġa’ ġie elett għal darba oħra s-Segretarju Ġenerali ta’ AD Ralph Cassar li fl-ewwel għadd kiseb 7.3% tal-voti mitfugħa.  Mhux biss reġa’ ġie elett imma kiseb ammont ta’ voti iktar mis-soltu, u, iktar importanti minn hekk, wiret biżżejjed voti mingħand kandidati oħra (PN, PL u Indipendenti) biex ġie elett f’lokalita fejn il-Partit Laburista naqqas il-presenza tiegħu billi tilef kunsillier. Issa dan il-fatt għandu l-importanza tiegħu prinċipalment għax ifisser li Alternattiva Demokratika qed tikkonsolida l-egħruq tagħha f’dik iż-żona ta’ Malta li hi iktar sensittiva minn żoni oħra għal materji ambjentali.

Argumenti simili jistgħu jingħadu għal-lokalita’ ta’ San Ġiljan fejn il-kandidat ġdid u żgħażugħ Gulio Caruana irdoppja l-voti (ġieb 5.4%) li kisbet il-kandidat ta’ AD fl-istess lokalita fl-2012. Żieda simili kellu Simon Galea fuq San Pawl il-Baħar fejn irid jingħad li kienu bil-voti tiegħu, meta ġie eliminat, li l-PN seta jirbaħ il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. L-istess kif kien ġara fil-Mosta fl-2012 bil-voti li dakinnhar kienu inkisbu minngħand Robert Callus.

Min-naħa l-oħra kienet esperjenza ġdida l-kandidatura taż-żgħazugħa Monique Agius fuq Ħaż-Żebbuġ li kisbet 3.1% tal-voti l-ewwel darba li kkontestat.

Dan kollu jrid ukoll ikun ikkunsidrat fl-isfond tad-49.6% miksuba mill-LE fir-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Dan ir-referendum kien riżultat ta’ petizzjoni li bdiet Alternattiva Demokratika flimkien ma’ 13-il għaqda ambjentali fil-pajjiż. Fil-parti l-kbira tagħhom dawk li ivvutaw LE m’humiex votanti li soltu jivvutaw Alternattva Demokratika. Huwa ovvju li fil-parti l-kbira tagħhom is-soltu jivvutaw lill-partiti oħra. Ta’ l-inqas fil-konfront ta’ uħud, dan mhux bil-fors jibqa’ l-każ u dan in vista tal-kummenti diversi minn dawk li ma qablux mal-posizzjoni li ħadu l-partiti l-kbar.

Din hi storja li għad trid tiżviluppa matul it-tlett snin li ġejjin. Jekk tiżviluppax jew le f’ċaqlieq ta’ votanti min-naħa għall-oħra tal-ispettru politiku huwa kmieni biex jingħad imma l-ingredjenti biex dan iseħħ qegħdin hemm. Għandek persentaġġ għoli ta’ votanti li ma mxewx mad-direzzjoni indikata mill-mexxejja tal-partiti l-kbar. Għal uħud mhux importanti li kellhom opinjoni differenti mill-mexxejja. Imma għal oħrajn li ivvutaw LE fuq prinċipju tal-ħarsien tal-bijodiversita fir-rebbiegħa il-mistoqsijiet mhux imwieġba huma interminabbli. Huwa l-ewwel darba li l-partiti l-kbar kellhom l-opportunità li jagħmlu għażla ċara. Għamluha u issa ħadd ma għandu l-iskuża li ma jafx fejn hu.

Għax bla ma trid bil-fors tirrifletti u tistaqsi lilek innifsek : kif tista’ tieħu posizzjoni favur l-ambjent fir-referendum u mbagħad ma tagħtix l-istess piz lill-ambjent f’elezzjonijiet oħra?  Għal uħud mill-votanti ma hemm xejn ħażin li l-ambjent jingħata prijorita sekondarja, imma għal numru dejjem ikbar jidher li dan mhux il-każ.

Kemm hu kbir dan in-numru għad irridu naraw. Kliem l-ambjentalista Alan Deidun fis-Sunday Times ta’ nhar il-Ħadd li għadda huwa ċar:

“Effectively, the spineless stance taken by both PL and PN MP’s effectively meant that over 124,000 Maltese citizens were not represented by their elected parliamentarians, bar one. This is the boldest of statements about our political class…..the aspirations of such a large minority have only been voiced by a party – AD – which is not even represented in Parliament…..yet another quirk of democracy.”

Din hi l-isfida li Alternattiva Demokratika għandha quddiema bħala riżultat tal-votazzjoni tal-11 t’April. Hi opportunità unika li mhux ser tirrepeti ruħha fil-futur qarib. Il-futur ta’ Alternattiva Demokratika jiddependi fuq kemm ser tkun kapaċi matul ix-xhur li ġejjin taddatta ruħha biex issarraf din l-opportunità.

Bħala konsegwenza tar-riżultat tal-11 t’April diversi qed jinteressaw ruħhom iktar fil-ħidma ta’ Alternattiva Demokratika. Dan jawgura tajjeb għall-futur għax jagħti l-possibilità lill-Alternattiva Demokratika li torganizza ruħha aħjar, biex twassal b’mod iktar effettiv il-messaġġ tagħha li l-ħarsien tal-ambjent jiddetermina l-kwalità tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna peró l-iktar ta’ dawk fil-periferija tas-soċjetà.

Ir-riżultat tal-votazzjonijiet tal-11 t’April fih iċ-ċavetta li biha jistgħu jinfetħu ħafna bibien li illum huma magħluqa.

Dejjem sakemm ma tilħaqx tinbidel is-serratura.

Is the abrogative referendum under threat ?

article 14. Referenda Act

 

Until Alternattiva Demokratika announced the abrogative referendum campaign  on spring hunting almost two years ago, few Maltese citizens were aware that they had such a right.  Now that this right has been used for the first time since it has been placed on the statute book, it is apparently under threat.

The hunters’ lobby is now aiming at curtailing the right to an abrogative referendum. The hunters maintain that when the Referenda Act was applied in trying to abrogate the regulations permitting spring hunting it was aiming at their rights – “minority rights” they said.

Hunters had presented these same arguments though their representatives for the consideration of the Constitutional Court, which shot them down last January. In fact the Constitutional Court in paragraphs 51 to 54 of its 24-page decision, considers this very point. The hunters, said the Constitutional Court, claim that their rights are minority rights. However no potential breach of a provision of the Constitution of Malta or of the European Convention of Human Rights have been indicated in their submissions. The Constitutional Court goes on to say the following :

“It is right to emphasise that in implementing majority rule the rights of the minority should be respected. However this respect is not attained, as suggested by the Federation [FKNK] by obstructing people from expressing themselves through a referendum.”  [Tassew illi d-dritt tal-maġġoranza għandu jitwettaq b’rispett lejn id-dritt tal-minoranza, iżda dan ir-rispett ma jinkisibx billi, kif trid il-Federazzjoni, il-poplu ma jitħalliex isemma’ leħnu f’referendum.]

This same argument  was also the subject of a petition to Parliament organised by the hunters’ lobby and presented in Parliament by Parliamentary Secretary Michael Falzon some months ago.  In recent days, comments have been made indicating that shortly we may be hearing of the government’s reactions to this petition. These reactions will most probably be in the form of proposals for amendments to the Referenda Act of 1973, in particular amendments to the provisions regulating the holding of an abrogative referendum – provisions which were originally approved by Parliament in 1996 and brought in force in 1998.

The provisions of  the Referenda Act in Malta providing for the holding of an abrogative referendum are already very restrictive.  From what has been stated, hunters want such provisions to be even more restrictive.  In this sense they have already made public a proposal that a definite time window within which signatures for an abrogative referendum have to be collected has to be established.  In Italian legislation, for example, there exists a 90-day window within which the collection of signatures has to be carried out. Such a time window may be a reasonable proposal within the Italian legal system, but then in Italy the number of voter signatures required to trigger the abrogative referendum process is proportionately much lower than that required in Malta.

The number of signatures required to kick-start the abrogative referendum process in Malta is 10 per cent of the registered voters. This currently stands at slightly under 34,000 signatures. In Italy, by contrast, half-a-million signatures – or the consent of five regional councils – is required. The number  of signatures required in Italy amount to approximately one per cent of the electorate, meaning that the corresponding requirement in Malta is ten times as much!

I will not speculate over how the government will seek to translate the hunters’ petition into legislation. I have limited myself to one specific proposal.

It is still unclear as to what type of amendments to the Referenda Act will be submitted by government. One thing is, however, very clear:  we need to keep our eyes wide open to ensure that our rights are not reduced.

The abrogative referendum is an important tool in our democratic society, even though it has been made use of only once in its 19-year existence.  Let us hope that government will not succumb to pressures to have it diluted or removed.

published in The Malta Indpendent on Sunday : 19 April 2015

Ir-referendum : dawk li ma vvutawx

referendum counting process

 

Smajt u qrajt diversi kummenti ta’ tmaqdir kontra dawk li ma ġabrux il-vot, inkella li ma vvutawx. Dawn il-kummenti fil-fehma tiegħi naħseb li huma inġusti. Għandna nirrispettaw l-għażla li għamlu dawn il-votanti wkoll.

Dawk li ma ġabrux il-vot, inkella kien għandhom u m’għamlux użu minn għandhom ir-raġunijiet tagħhom biex waslu għal din id-deċiżjoni. Raġunijiet li probabbilment ma naqblux magħhom, imma li għandhom kull dritt għalihom.

Hemm uħud minn dawn il-votanti li ma jaqblux mar-referendum fil-prinċipju. Dawn jidhrilhom li huwa l-Gvern, direttament inkella  permezz tal-Parlament , li għandu jieħu d-deċiżjonijiet. L-idea tal-parteċipazzjoni demokratika tal-poplu, għal dawn il-persuni, għaldaqstant, hi waħda limitata. Għax għalihom inti tista’ taqbel jew ma taqbilx mal-pakkett politiku kollu kif imfisser fil-manifest elettorali tal-partiti politiċi fl-elezzjoni ġenerali. Bejn l-elezzjonijiet, imbagħad, inti ma’ jkollokx vuċi.

Fil-parti l-kbira tagħhom, dawk li ma vvutawx dehrilhom li la kellhom jivvutaw IVA u l-anqas setgħu jivvutaw LE.  Probabbilment li waslu għal din il-konklużjoni għaliex ħadd ma ikkonvinċihom fuq l-utilità demokratika tal-parteċipazzjoni tagħhom. Inkella għax ma interessahomx li jsegwu d-dibattitu. Inkella dehrilhom li ma kellhomx ħin x’jaħlu dwar l-għasafar.

Kienet x’kienet ir-raġuni biex madwar 25% tal-votanti Maltin ma għamlux użu mid-dritt li jivvutaw għandna l-obbligu li nirrispettaw id-deċiżjoni tagħhom.

Aħna poplu li nħobbu nivvutaw. Għandna għatx kbir u kontinwu biex nipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li jieħu dan il-pajjiż. Għalhekk ħafna ddejqu li 25% tal-votanti kellhom opportunità u ma għamlux użu minnha.

Imma għandna ukoll ikollna sodisfazzjoni illi fir-referendum abrogattiv tal-11 t’April ipparteċipaw 75% ta’ dawk li kellhom dritt. Fid-dinja demokratika dan hu persentaġġ għoli ħafna  parteċipazzjoni, iktar u iktar meta wieħed iqis li s-suġġett (il-ħarsien tal-għasafar fir-rebbiegħa) mhuwiex meqjus bħala ta’ xi importanza kbira mill-parti l-kbira tan-nies. Xi snin ilu, fl-Italja, f’referendum abrogattiv simili pparteċipaw madwar 42% tal-votanti, inqas mill-kworum rikjest ta’ 50%.

Imma l-kotra tal-votanti Maltin ipparteċipat għax għarfet illi din hi għodda demokratika importanti. Darba oħra, forsi, jkunu konvinti iktar votanti biex jipparteċipaw. Jiddependi minna jekk id-demokrazija tagħna għandhiex tibqa’ ħajja.