It-tabella ta’ hawn fuq hi meħuda mill-gazzetti tal-lum u turi in-numru ta’ voti għar-referendum abrogattiv li s’issa għadhom ma nġabrux.
L-ogħla numru ta’ voti li s’issa għadhom ma nġabrux hu fit-tnax-il distrett liema distrett jinkludi San Pawl il-Baħar.
In-numru mhux kbir ħafna hdejn konsultazzjonijiet oħra li saru fil-passat, anke riċenti.
Għad baqa’ ċans li l-voti jinġabru. Sa nhar is-Sibt 4 t’April jinġabru mill-Għases tal-Pulizija. Wara l-voti jkunu jistgħu jinġabru mingħand il-Kummissjoni Elettorali. L-iktar tard li l-voti jistgħu jingabru huwa f’nofsillejl bejn il-Ħamis 9 t’April u l-Ġimgħa 10 t’April.
Ir-riżultat tar-referendum jiddependi minn kemm jivvutaw nies.