L-infieq tal-PN u tal-PL f’din il-kampanja elettorali hu sostanzjali. Qed jintefqu l-miljuni. Jew biex inkun iktar preċiż qed jintużaw riżorsi li jiswew il-miljuni.
Jieħdu għalihom meta ngħidulhom li mill-politika tagħhom kif ukoll mill-mod kif jaġixxu huwa ċar li qegħdin fil-but tal-kuntratturi.
Wara li l-bieraħ kkumentajt dwar dan fil-konferenza stampa organizzata minn Alternattiva Demokratika, illum żewg rapporti fil-Malta Today u s-Sunday Times komplew jitfgħu iktar dawl fuq il-materja.
L-intervista ta’ Anġlu Farruga fis-Sunday Times u l-istorja dwar il-karita’ tas-Sammaritan Żaren Vassallo mal-PN fil-Malta Today jisjegaw ħafna affarijiet.
Il-PN qed jiċħad din l-istorja u qed jhedded lill-Malta Today b’azzjoni legali.
Forsi issa huwa iktar faċli li wieħed jifhem għaliex għad m’għandniex liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi f’Malta.
u jekk tkun kuntratur u ma tighomx isalbuk. U NAF XJIEN NIGHD
Il-finanzjament kontinwu tal-PN u l-PL mill-kuntratturi huwa raguni ohra ghaliex min ghandu rasu f’lokha ghandu jivvota ghall-Alternattiva. Iz zewg -Partiti l-kbar jahdmu biss ghall-interessi ta’ min jiffinanzjahom.