Snippets from AD’s electoral manifesto: (2) Light Pollution

light pollution

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Light Pollution.
Light pollution causes difficulties for nocturnal life amongst animals, both for birds (primarily those newly hatched) as well as for different types of insects. It is primarily a threat to biodiversity as is evidenced by a report on the subject published some years ago in conjunction with a bird protection project at l- l-Aħrax in Mellieħa.
Light pollution is caused by an excess of light as well as misdirected light. Controlling light pollution can be a small contribution towards the reduction of energy consumption as the areas to be tackled are street lighting, the floodlighting of historic buildings and the external lighting of public and commercial buildings including hotels.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika (Kapitlu 14)

It-Tniġġis mid-Dawl.
It-tniġġis mid-dawl (light pollution) joħloq diffikultà għall-ħajja notturna fid-dinja tal-annimali kemm għall-għasafar (prinċipalment dawk li għadhom ħerġin mill-bejta) kif ukoll tipi differenti ta’ insetti. Huwa prinċipalment ta’ theddida għall-bijodiversità kif jixhed rapport fuq l-materja ippubblikat xi snin ilu dwar proġett għall-ħarsien tal-għasafar fl-Aħrax tal-Mellieħa.
It-tniġġis mid-dawl huwa kkawżat minn dawl żejjed u dawl li jitħalla jkun direzzjonat fejn m’hemmx bżonnu. Kontroll tat-tniġġiz mid-dawl jista’ jagħti kontribut żgħir għat-tnaqqis ta’ konsum tal-enerġija billi s-setturi li jridu jkunu indirizzati huma d-dwal fit-toroq, id-dwal madwar bini storiku u dwal estern f’bini pubbliku u bini kummerċjali bħall-lukandi.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (1) Corporate Social Responsibility

Environment

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Corporate Social Responsibility (CSR)
In today’s world various organisations publish reports on a regular basis in which they list their impacts primarily on the community in which they operate.
In Malta only two companies do so, Bank of Valletta and Vodafone. To date they have published two editions of their reports. Each of these publications is of a positive nature but in every case there is room for improvement both in the policy direction as well as in content.
It is necessary that all companies listed on the Stock Exchange as well as parastatal organisations such as Enemalta and the Water Services Corporation together with all companies employing more than 1000 employees publish such information. It is important to underline that environmental reporting is as important as financial reporting and hence it should also be audited.

L-estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika (Kaptlu 14)

Responsabbiltà Soċjali tal-Industrija u n-Negozju (CSR)
Fid-dinja tal-lum huma diversi l-organizzazzjonijiet li jippubblikaw fuq bażi regolari rapporti li fihom jelenkaw f’dettall l-impatti tagħhom prinċipalment (iżda mhux biss) fuq il-komunità fejn joperaw.
F’Malta huma żewg kumpaniji biss li jagħmlu dand: il-Bank of Valletta u Vodafone. S’issa ppubblikaw żewg edizzjonijiet tar-rapporti tagħhom. Kull wieħed minn dawn il-pubblikazzjonijiet hu ta’ kontribut pożittiv imma f’kull każ hemm lok għal titjib kemm fid-direzzjoni politika kif ukoll fil-kontenut tar-rapport.
Huwa neċessarju li dan ikun estiż għall-kumpaniji kollha elenkati fil-Borża kif ukoll għall-Korpi Parastatali bħall-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma’ dawk il-kumpaniji fis-settur privat li jimpjegaw iktar minn 1,000 ruħ. Huwa importanti li jkun sottolineat li r-rappurtaġġ ambjentali huwa importanti daqs dak finanzjarju u għaldaqstant għandu jkun ukoll soġġett għal proċess tal-verifika.