Is-Sunday Times illum ippubblikat emails li qalet illi ġew elevati mill-computer ta’ George Farrugia fil-każ tal-commissions dwar ix-xiri taż-żejt.
Mela George Farrugia li ser jingħata l-proklama informa b’email lil Tancred Tabone (Chairman ta’ Enemalta) nhar il-21 ta’ Marzu 2005 li kien ser jitlaqa’ ma Aust dakinnhar.
Meta iktar tard fl-emails it-Trafigura jistaqsu lil George Farrugia kif marret il-laqgħa mal-Ministru ir-referenza hi ċara. Trid tkun baħnan biex ma tifhimx min jista’ jkun dan Aust.
Issa jekk hux vera li dan George Farrugia iltaqa’ ma dan Aust u dwar xiex kellhom jitkellmu u jekk fil-fatt iltaqgħux u tkellmu, dik ħaġa oħra.
Jista’ xi ħadd jispjega u ma jibqax jitratta lill-pubbliku tal-imbeċilli?
Lawrence Gonzi mhux aħjar tibda inti?