Snippets from AD’s electoral manifesto: (30) Protecting performing animals

circus_animal_elephants

The following extract is taken verbatim from Chapter 4 of AD’s Electoral Manifesto

Animals which are utilised for entertainment purposes should be protected from cruelty. Thus, authorities should not issue permits for circuses with performing animals. These animals endure suffering due to transportation, whilst being impelled to perform acts which go against their nature. This also applies to the use of animals in other forms of entertainment, such as dolphinariums and feasts such as that of St. Peter and St. Paul (lmnarja).

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 4 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

L-annimali li jintużaw għal skop ta’ divertiment għandhom jiġu mħarsa mill-moħqrija. Għalhekk l-awtoritajiet m’għandhomx joħorġu permessi għal ċirku bl-annimali. Dawn l-annimali jsofru kemm minħabba t-trasport, kif ukoll minħabba li jiġu sfurzati jagħmlu affarijiet kontra n-natura tagħhom. Dan jgħodd ukoll għall-użu ta’ annimali f’forom oħra ta’ divertiment, bħal dolfinarji u waqt festi bħall-Imnarja.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (29) Drugs: decriminalisation

Recreational cannabis use could be legal after the votes

The following extract is taken verbatim from Chapter 3 of AD’s Electoral Manifesto

Personal use of drugs should be decriminalised. The victims of drug addiction and dependency are to be considered as persons in need of help and not as criminals. At the same time, decriminalisation also ensures that recreational drug users, including those who cultivate soft drugs for personal use, are not criminalised for their lifestyle.

The decriminalisation of the use of drugs means that whoever is caught with an amount of drugs for personal use should not be considered to be a criminal, and a victim of drug addiction and dependency should be considered as a person in need of help and not as a person that has to be punished. This means that the victims of drugs need professional help and not punishment. One must stress that persons that are today sent to jail because of drugs for personal use, can easily end up as compulsive heavy drug users or be introduced to circles of callous criminal rings when they mix with convicts that either make use of or actually traffic drugs in prison.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 3 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

L-użu personali tad-drogi għandu jigi dekriminalizzat. Vittmi tad-droga għandhom jitqiesu bħala nies li jeħtieġu għajnuna, u mhux bħala kriminali. Fl-istess ħin, dekriminalizzazzjoni tiżgura wkoll li dawk li jużaw id-drogi ghal skop rikreattiv, inkluż dawk li jikkultivaw id-drogi ħfief għall-użu personali, ma jigux kriminalizzati minħabba l-mod ta’ għixien tagħhom.

Li l-użu tad-drogi jkun dekriminalizzat ifisser li min jinqabad bid-droga għall-uzu personali ma jkunx ikkunsidrat bħala kriminali, u li min ikun vittma tad-droga, ikun ikkunsidrat bħala persuna li għandha bzonn l-għajnuna u mhux bħala persuna li teħtieġ tkun ikkastigata. Dan ifisser li l-vittmi tad-droga jeħtieġu għajnuna professjonali, u mhux kastig. Għandu jkun enfasizzat li persuni li illum qed jintbagħtu l-ħabs minħabba l-użu personali ta’drogi, jistgħu faċilment jispiċċaw jieħdu drogi aktar qawwija jew jidħlu fi ċrieki kriminali meta jitħalltu ma’ nies li jieħdu jew imexxu id-drogi fil-ħabs stess.