Chernobyl : x’tgħallimna wara 30 sena?

ostrich

Tletin sena ilu bħal għada s-26 t’April 1986 kien sploda r-reattur nuklejari ta’ Chernobyl. X’tgħallimna?

L-isplużjoni ikkontaminat 40% tat-teritorju Ewropew. Mhux bl-istess mod.

Fi Sqallija, per eżempju, hekk kif sar magħruf x’kien ġara [għax ma kienx magħruf mill-ewwel] in-nies kienu ngħataw il-parir biex jaħslu sewwa l-ħxejjex u l-frott. Dan minħabba li bl-effett tar-rih kien hemm il-biża’ li materjal radjuattiv seta jiddepożita ruħu fuq il-ħxejjex u l–frott.

F’Malta ma niftakarx li kien hawn xi twissija ta’ dik ix-xorta. Kien qiesu ma ġara xejn.

Illum wara tletin sena nistaqsu jekk il-pajjiż huwiex mgħammar biex jinduna jekk inċident nuklejari li jkun seħħ, il-bogħod jew fil-viċin huwiex ta’ theddida għal saħħitna. X’miżuri ittieħdu? Tgħallimna xi ħaġa wara tletin sena?

Fis-snin li ġejjin ser ikollna diversi impjanti nuklejari viċin tagħna: fit-Tunisia, fl-Alġerija u fl-Eġittu b’mod partikolari. Possibilment ukoll fil-Marokk. Jidher li ħlisna mill-periklu wara l-bieb għax il-ftehim bejn il-Libja u Franza dwar impjant nuklejari biex jikkonverti l-ilma baħar f’ilma tajjeb għax-xorb ma laħaqx implimentat. Konna iffurtunati dwar dan kieku ma nafx x’seta inqala’ waqt il-gwerra ċivili li issa ilha ftit għaddejja fil-Libja.

Dwar il-ħtieġa li l-Gvern Malti jqajjem il-kwistjoni mal-Gvern Libjan kienet Alternattiva Demokratika biss li kienet tkellmet għax kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista kienu waqgħu fil-muta.

Kellna biss gazzetta Taljana (Il Sole 24 Ore: artiklu ta’ Federico Rendina intitolat Il Governo rilancia sull’atomo) li kienet qalet li l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi kien iddiskuta l-kostruzzjoni ta’ impjant nuklejari f’Malta mal-Prim Ministru Gonzi. Il-Gvern Malti kien ċaħad li qatt saret id-diskussjoni.

Nittama li wara tletin sena tgħallimna xi ħaga. Tgħid?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s