Snippets from AD’s electoral manifesto: (16) Election of the Republic’s President

president-of-malta-flag-over-blue-sky

The following extract is taken verbatim from Chapter 6 of AD’s Electoral Manifesto

The President of the Republic should be elected by an electoral college made up of all Members of Parliament and all elected Mayors of the 68 localities . The widening of the franchise would ensure a wider acceptance of the selected Head of State.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 6 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-President tar-Repubblika għandu jkun elett minn kulleġġ elettorali magħmul mill-Membri Parlamentari kollha u mis-sindki eletti kollha tat-68 lokalita. It-twessigħ ta’ din l-approvazzjoni jista’ jiżgura li jiġi aċċettat aktar il-kap tal-istat li jingħażel.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (15) Financing of Political Parties

euro

The following extract is taken verbatim from Chapter 6 of AD’s Electoral Manifesto

AD believes in the introduction of strict rules on donations to political parties, coupled with the state financing of political parties. As regards the former, we believe that donations in excess of €5,000 should be declared by political parties and those over €40,000 should be made illegal. In the case of state financing of political parties, we suggested that the state should grant on an annual basis to all political parties €3 for every vote obtained on a national level, during a general or a European election.

There should be a system of state financing for political parties. State financing provides transparency and can be coupled with strict regulations such as ensuring that political parties produce audited accounts on a regular basis.

Political parties should present their accounts every year and these should be verified by an independent commission appointed by the Auditor General.

The sum which each candidate can spend in a general election should be increased from €1400 to €4000. But this amount should include the expenditure made the party at a national level divided by the number of candidates presented. Any expenditure made by third parties to assist the candidate should also be included.

The accounts presented by each candidate should be verified by a commission appointed by the Auditor General.

The expenditure made by each candidate should be tax exempt provided that it is within the established limits.

A commission should establish the value of government property leased to political parties and revise rents and leases to market conditions on a regular basis.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 6 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

AD temmen fl-introduzzjoni ta’ regoli aktar stretti fuq id-donazzjonijiet, flimkien mal-finanzjament tal-partiti mill-istat. Fir-rigward tal-ewwel, nemmnu li donazzjonijiet ogħla minn €5,000 għandhom jiġu ddikjarati mill-partiti politiċi u dawk ta’ aktar minn €40,000 għandhom ikunu illegali. Fil-każ tal-finanzjament tal-partiti mill-istat, nipproponu li l-istat jagħti lill-partiti politiċi kollha €3 għal kull vot miksub fuq livell nazzjonali f’elezzjoni ġenerali jew Ewropea.

Għandu jkun hemm sistema ta’ finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat. Il-finanzjament tal-istat jipprovdi t-trasparenza u jista’ jingħaqad ma’ regoli stretti bħal, ngħidu aħna, li kull partit ikun obbligat ikollu kontijiet awditajati.

Il-partiti politiċi għandhom jippreżentaw kull sena l-kontijiet tagħhom u dawn għandhom jiġu vverifikati minn kummissjoni indipendenti maħtura mill-Awditur Ġenerali.

Is-somma li jista’ jonfoq kull kandidat fil-kampanja elettorali għandha titla’ minn €1400 għal €4000. Iżda dan l-ammont għandu jinkludi n-nefqa magħmula mill-partit fuq livell nazzjonali diviża bl-għadd tal-kandidati. Kull nefqa minn terzi biex tgħin lil kandidat għandha tkun inkluża wkoll. Il-kontijiet ippreżentati minn kull kandidat għandhom jiġu vverifikati minn kummissjoni maħtura mill-Awditur Ġenerali. In-nefqa ta’ kull kandidat għandha tkun eżenti mit-taxxa sakemm din tkun fil-limiti stabiliti.

Għandha titwaqqaf kummissjoni biex tistabbilixxi l-valur tal-proprjetà tal-gvern mikrija lill-partiti politiċi u tirrevedi l-kirjiet għal-livelli tas-suq fuq bazi regolari.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (14) Animal Welfare

spring huntng

The following extract is taken verbatim from Chapter 4 of AD’s Electoral Manifesto

AD is for the abolition of hunting in spring and enforcement against hunting illegalities.

The enforcement of animal welfare legislation should be strengthened and harsher punishment should be meted out for crimes relating to animal cruelty, such as dog and cock fighting, animal abandonment or neglect.
L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 4 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

L-AD favur l-abolizzjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa u favur l-infurzar effettiv kontra l-illegalitajiet tal-kaċċa.

Għandu jissaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet li jħarsu l-annimali. Għandhom jiħraxu l-pieni fuq atti barbari ta’ moħqrija fuq l-annimali, bħall-ġlied tal-klieb u s-sriedaq, kif ukoll għal min jinqabad jabbanduna annimali jew irabbihom f’kundizzjonijet mhux xierqa.