Il-konkos f’Mater Dei : il-ħmar iwaħħal f’denbu

Concrete-compressive-strength-1024x768

Qed naqra r-rapport tal-inkjesta immexxija mill-Imħallef Philip Sciberras dwar il-konkos fl-Emerġenza tal-isptar Mater Dei.

Ir-rapport fih bosta informazzjoni, imma fih in-nieqes ukoll. Dak li hu nieqes hu essenzjali biex tgħaqqad l-istampa kollha ta’ x’ġara u dwar min sar jaf xiex u meta. Peró xorta nafu ħafna iktar milli konna nafu, biżżejjed biex uħud mill-affarijiet li konna qed naħsbu li setgħu ġraw, issa nistgħu ngħidu b’ċertezza illi ġraw.

Kif diġà kelli l-opportunità li nikteb f’dawn l-aħħar ġranet, l-istorja kollha hi waħda ta’ falliment ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità tal-konkos. Fi kwalunkwè proġett ta’ dan il-kobor il-kontroll tal-kwalità tal-konkos hi kruċjali u allura ma nistax nifhem kif min mexxa l–proġett ma nvestiex iżjed f’dan il-qasam. Mhux biss fl-apparat, imma investiment ikbar f’persuni ta’ integrità bl-inkarigu li jassiguraw il-kwalità. Dawk li jassiguraw il-kwalità tal-konkos, kif rajna, huma importanti daqs l-awdituri finanzjarji!

Skanska kellha kull dmir u interess li tassigura l-kwalità u dan  bħala l-kuntrattur ewlieni. L-istess  il-Gvern li ukoll kellu kull interess, kemm direttament kif ukoll permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi illi jassigura ruħu mill-kwalità. Il-fatt li naqsu milli jassiguraw li din l-iktar parti kruċjali tal-proġett timxi fuq ir-rubini jfisser li kien hemm nuqqas ta’ serjetà kbira. Dak li qal Vince Cassar, dakinnhar Direttur Ġenerali tax-Xogħolijiet u illum Chairman tal-MEPA, hu riprodott fir-rapport tal-inkjesta, imma waqa’ fuq widnejn li donnhom ma riedux jisimgħu.

Hi stupidità li l-Gvern, prinċipalment permezz tal-Ministru Konrad Mizzi, jgħid li Simon Busuttil għandu xi responsabbiltà politika għal dak li ġara. Fl-opinjoni tiegħi r-responsabbiltà politika trid tinġarr imma mill-politiċi  li tul il-perjodu li dam jinbena l-isptar kienu responsabbli mill-proġett. Għax kull wieħed minnhom ikkontribwixxa, min ftit u min ħafna, min b’dak li seta’ għamel jew iktar b’dak li m’għamilx biex għandna din il-froġa.

Waqt li qed nixtarru dak li nkiteb fir-rapport tal-inkjesta beda ukoll jistema il-kor ikanta “mhux jien”. Għax kull min jissemma fir-rapport qed iħoss il-ħtieġa li jispjega kemm dak li għamel (jew dak li m’għamilx) seta ġie interpretat ħażin.

Matul il-ġimgħat li ġejjin l-istorja tkun iċċarata ħafna iktar milli hi s’issa, avolja ser tibqa’ l-ħtieġa tal-pubblikazzjoni ta’ rapporti oħrajn, li filwaqt li inkitbu, s’issa għadhom ma rawx id-dawl tax-xemx.

Jidher ukoll ċar ħafna li hemm numru ta’ “baqar sagri” li qed isir sforz partikolari biex ikunu protetti. Din storja li ser tibqa’ għaddejja għal xi ġimgħat sakemm il-Pulizija tiddeċiedi jekk hemmx provi biżżejjed biex tibda passi kriminali u iktar tard sakemm l-Avukat Ġenerali jagħti l-pariri tiegħu lill-Gvern.

Għax waqt li Konrad Mizzi ħabbar li dal-waqt ser issir laqgħa bejn il-Gvern u Skanska sadanittant nibqgħu nosservaw lill-ħmar iwaħħal f’denbu.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s