George Pullicino jistaħba wara Simon : jipprova jibqa’ jgħaddi ż-żmien bin-nies

Pullicino + Zonqor

Il-bierah fiż-Żonqor Marsaskala Simon Busuttil wiegħed  mhux biss li jibqa’ jkun fuq quddiem biex “iħares” iż-Żonqor imma ukoll biex iħares l-ODZ (iż-żona barra mil-linja tal-iżvilupp).

Simon Busuttil qalilna ukoll li “jekk” il-PN għamel xi żbalji ambjentali jiskuża ruħu dwarhom! Għax Simon Busuttil, taf int, għandu dubju dwar jekk il-PN għamilx żbalji ambjentali.

Jekk tħarsu sewwa fir-ritratt fuq il-lemin, fuq wara, fiċ-ċirku aħmar jidher George Pullicino li kien il-Ministru responsabbli biex parti mill-ODZ ma baqgħetx ODZ.

F’Lulju 2006 l-Parlament approva mozzjoni imressqa minn Pullicino biex żewġ miljun metru kwadru ta’ art ODZ ma tibqax ODZ.  Dan kien ifisser li f’diversi lokalitajiet żdiedet l-art li tista’ tinbena. Dan apparti l-introduzzjoni ta’ policies li għamluha possibli biex iktar art fl-ODZ tinbena, bħalma ġara fil-kaz tal-art li fuqha inbnew il-Lidl ta’ Ħal-Safi u Ħal-Luqa.

Dan għandu l-wiċċ jipprotesta! Xejn ma jiddejjaq jipprova jgħaddik biż-żmien.

Għamilt sewwa jiena li ma mortx iż-Żonqor il-bieraħ. Għax minkejja li bla dubju kien hemm diversi persuni ta’ rieda tajba fiż-Żonqor il-bieraħ, il-presenza ta’ persuni bħal George Pullicino (u ta’ oħrajn) twassal messaġġ ċar li dawn jaħsbu li jistgħu jibqgħu jgħaddu ż-żmien bin-nies.

Kif tista’ tkun kredibbli meta fil-Gvern tagħti l-ODZ għall-bini u fl-Opposizzjoni tipprotesta biex l-ODZ ikun protett? Fix-xhur li għaddew diġa fuq dan il-blog tkellimt dwar l-ODZ f’Ħ’Attard fejn ukoll kellna lil David Agius, Membru Parlamentari mill-Opposizzjoni, li kien ivvota favur il-bini tal-ODZ u mbagħad ġie mar-residenti biex jipprotesta kontra d-deċiżjoni tiegħu stess!

Simon Busuttil, iddeċiedi: jekk verament trid tipproteġi l-ODZ, meta ser tressaq mozzjoni fil-Parlament biex tħassar jew tal-inqas tirrevedi dak li għamel George Pullicino bil-mozzjoni approvata mill-Parlament nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2006?

Alternattiva Demokratika fil-Manifest Elettorali għall-elezzjoni ġenerali tal-2013 qalet dan b’mod mill-iktar ċar fil-paġna 82 tal-Manifest Elettorali fis-silta ta’ hawn taħt :

AD rationalisation

Advertisements

One comment on “George Pullicino jistaħba wara Simon : jipprova jibqa’ jgħaddi ż-żmien bin-nies

  1. Fl-ILLUM tal-bierah Joe Ellis, li semma il-kawza li qed imexxi l-qorti fuq ir-rationalisation tal-2006, wera li l-art gdida li tista tghid li giet moghtija l-ispekulaturi ma kenitx ta’ 1.9 miljun metru kwadru izda qrieb is-700,000 metru qwadru.

    Naqbel mieghek li l-caveat li ghamel Simon Busuttil — jekk il-PN fil-passat ghamel xi zbalji etc. — kienet imqasshna u fil-presenza ta’ nies bhal Pullicino (li irid nammetti li jien ma ndunajtx li kien hemm ghax kieku kont nitla fuq l-gholja taz-Zonqor) u Agius — daqsxejn aktar minn hekk. Biss nibqa nghid li ghal kawza tal-ambjent ( u ta’ l-ebda partit politiku li hemm fil-parlament) bhalissa ma jaqbilx li wiehed jaghmel bhal Akille fil-gwerra ta’Troja — joqod “sulking” taht it-tinda fuq xi offiza li ghamillu jew li stajjel li ghamillu Agamemmnon. Jekk trid tara x’geghdin nitfaccaw, aqra daqxejn bir-reqqa il-hafna kitba li dehret fl-ILLUM tal-bierah — hafna minnha ta’ qualita li bl-Ingliz jghidulha “tendentious”, jigifieri fejn jintefghu gebel u jinhbew l-idejn, fejn ikun hemm oggettivita taparsi bir-rimi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s