Għal uħud hu komdu li tipprova tinsa l-passat u tipprova tibda paġna ġdida.
Imma meta tibda paġna ġdida ma jfissirx li l-paġna l-qadima tkun sparixxiet. Tkun sempliċiment m’intix qiegħed tħares lejha. Hemm tkun baqgħet. Bis-sabiħ u l-ikraħ tagħha.
Huwa tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jipprova jibda paġna ġdida dwar l-ambjent. Hemm ħafna x’jitgħallem. Fil-fatt hemm ħafna lezzjonijiet għal kulħadd, mhux għall-PN biss.
Peró ħadd m’għandu dritt la li jinsa u l-anqas li jnessi. Għax dak li tinsa jew jippruvaw inessuk, tkun qed tikkundanna lilek innifsek biex terġa’ tgħixu. Għalhekk hemm bżonn li niftakru u infakkru l-ħin kollu. L-iktar lil dawk li jridu jinsew u jnessu.
Ankè fil-qasam tal- ambjent …………. dejjem sakemm ikun għad baqa’ x’jiġi protett. Għax bir-rata li mexjin ma tantx jidher li ser jibqa’ x’nipproteġu!