L-Avukat Ġenerali għandu l-obbligu illi jispjega x’inhu għaddej

FIAU

 

Ir-riżenja ta’ Manfred Galdes li kien qed imexxi l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) bħala Direttur hi nkwetanti għax tfisser li persuna oħra indipendenti li kienet inkarigata biex tissorvelja l-governanza fiskali irriżenjat.

Alternattiva Demokratika ma taċċettax bħala veritiera l-ispjegazzjoni illi Manfred Galdes irriżenja biex jieħu impieg mas-settur privat kif ġie suġġerit mill-Ministru tal-Finanzi. Irriżenja probabbilment għax qed jara l-istituzzjonijiet nazzjonali madwaru jikkollassaw b’diversi jsiru għaġina f’idejn il-Gvern. Ovvjament jekk ser jitlaq mill-impieg mal-FIAU, dan x’imkien irid jaħdem biex jgħajjex lill-familja tiegħu. Fi ftit kliem mar fis-settur privat għax iddeċieda li jirreżenja mill-FIAU.

F’April li għadda l-Ministru tal-Finanzi kien ħabbar illi l-FIAU li tagħha Manfred Galdes kien Direttur kienet qed tivestiga l-istejjer dwar ħasil ta’ flus fil-Panama u dan b’referenza għal rapport fil-media dwar il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri (l-Kasco) u l-Ministru Konrad Mizzi. Minkejja li hemm indikazzjonijiet li din l-investigazzjoni ġiet konkluża m’hemmx ċertezza dwar dan avolja l-aħħar riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar hi assoċjata wkoll ma’ din il-materja.

F’dan il-kuntest is-skiet tal-Avukat Ġenerali, li huwa wkoll ic-Chairman tal-Financial Intelligence Analysis Unit hu nkwetanti. F’dan il-mument delikat l-Avukat Ġenerali għandu l-obbligu illi jispjega x’inhu għaddej.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s