Marlene tippreżenta l-emendi ta’ Alternattiva Demokratika fil-Parlament

Marlene Farrugia3

Iktar kmieni illum fil-Parlament bdiet id-diskussjoni dwar il-liġi l-ġdida ta’ l-Ippjanar. Kien pjaċir għalina ta’ Alternattiva Demokratika li niddiskutu l-abbozz ta’ liġi mal-Membru Parlamentari indipendenti Marlene Farrugia li kienet lesta li tippreżenta l-emendi ta’ Alternattiva Demokratika fil-Parlament.

L-emendi li ġew imfasslini minni għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika huma diversi. Illum bdew jiġu diskussi.

L-ewwel emenda li ġiet diskussa kienet dik dwar il-prinċipji li għandhom jiggwidaw lill Gvern fl-ippjanar għall-użu tal-art, biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Fil-waqt li fl-artiklu 3 tal-liġi proposta hemm lista twila ta’ dawn il-prinċipji, fl-artiklu ta’ wara, l-artiklu 4 hemm dikjarazzjoni li ma tistax tmur il-Qorti biex meta l-Gvern jiżbalja iġġibu għall-ordni.

L-ewwel emenda li ressqet Marlene għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika kienet biex dan ma jsirx, Biex ikun possibli li jekk il-Gvern ma jimxix mal-prinċipji fil-liġi tkun tista’ tmur il-Qorti biex tiġbidlu widnejh.

L-emenda ma ġietx approvata, imma kien hemm diskussjoni li ħadet madwar siegħa mill-ħin tal-Parlament  li fiha ġew spjegati b‘mod ċar l-argumenti. Ir-realtà hi li l-Gvern ma jridx li jintrabat.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s