L-inċident tas-Sibt f’Paceville huwa tat-tkexkix. Jinkwetani ukoll bħala missier. Għax dejjem b’imsarni f’saqajja meta uliedi jgħiduli li sejrin Paceville!
Inkiteb ħafna dwar x’wassal għall-inċident.
Meta tqis kollox jidher li n-nuqqas ta’ moniteraġġ huwa l-kawża ta’ kollox.
Issemmew emergency exits li ma ħadmux. Issemmew żgħażagħ taħt l-età li kienu hemm meta ma kellhomx.
Min joħroġ il-permessi għal dawn l-istabilimenti x’qiegħed jagħmel biex jassigura li l-kundizzjonijiet fil-permessi jkunu osservati?
F’Mejju 2012 il-Parlament Malti permezz tal-Kumitat għal Affarijiet Soċjali ippubblika rapport : 8th Committee Report Lejn Iktar Sigurta’ u Bon Ordni f’Paceville (More security and order in Paceville) li jelenka numru ta’ suggerimenti li safejn naf jiena baqgħu fuq l-ixkaffa.
Għamlet tajjeb il-Membru Parlamentari Deborah Schembri il-lejla li tat lista twila ta’ inċidenti li seħħew f’Paceville tul is-snin. Għax il-problemi ilhom magħna snin kbar. Għafejn ilna dawn is-snin kollha nagħlqu għajnejna?
Nittama li niftħuhom sewwa, illum qabel għada.