Joseph u r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa

kaccaturi-2

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jikkunsidra li l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali jibdew isiru kull ħames snin, mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Probabilment li dan ifisser ukoll li l-elezzjonijiet kollha lokali li kellhom isiru sal-2019 ikunu posposti sadakinnhar.

Issa kif jaf kulħadd probabilment li r-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa jsir f’Marzu li ġej, Marzu 2015, preċiżament ma numru ta’ elezzjonijiet lokali li sal-lum il-liġi torbot li jsiru: elezzjonijiet f’34 Kunsill Lokali.

Din il-mossa hi interpretat minn uħud bħala pass ta’ appoġġ minn Joseph u l-Gvern tiegħu favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Jagħtihom appoġġ billi jnaqqas dawk l-affarijiet li jagħmluha iktar faċli illi tmur tivvota.

Joseph kien daqshekk ġentili li qalilna illi din m’għandha tagħmel l-ebda differenza għal dawk li għandhom daqshekk entużjażmu biex isir dan ir-referendum. Ta’ l-inqas hekk irrappurtat il-Malta Today illum fir-rapport intitolat Standalone Referendum shouldn’t trouble eager supporters.

Xi ftit effett anke jekk żgħir jista’ jkun hemm. Pero’ kull deni ħudu b’ġid: hemm ukoll il-possibilita’ li jekk ikun ċar li l-Gvern ser jilgħab maħmuġ billi jfittex l-opportunitajiet biex jagħti l-gambetti, allura l-effett jista’ wara kollox ikun bil-maqlub ta’ dak li għandu f’moħħu l-Gvern.

Għax il-Gvern ta’ Joseph Muscat ma jridx li r-referendum abrogattiv iwassal biex il-kaċċa fir-rebbiegħa  tieqaf.  M’għandi l-ebda dubju li din hi l-ewwel waħda minn diversi mossi jew tricks biex jagħti daqqa t’id.

Tajjeb li kulħadd jiftaħ għajnejh.

Advertisements

2 comments on “Joseph u r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa

  1. Jiddispjacini nghid li l-muviment ta’ muscat tilef kull vizjoni socjali. Sar moviment tal-opportunisti, li akkost li jzommu l-poplu lura fiz-zminjiet, l-aqwa li jkomplu jahkmu l-poplu malti. Din hija mossa biss biex il-moviment ta muscat (ma nsejjahlux partit laburista jew socjalista ghax ikun insult ghal dawn) ghandu l-ghan biss biex izomm il-poter. Mur gib lil Mintoff u lil Boffa jaraw x’qed isir f’isem il-partit li tant iggieldu ghalih. Dan il-moviment qed jahseb li l-poplu ghadu injorant u qed jittrattaw u jridu jzommuh hekk. Malta taghna lkoll u qed titqassam u tinbiegh li dawk li jistghu izommu lil moviment ta opportunisti fil-poter.

  2. Ghandek Ragun biex tbiegh.
    Vera John Bundy haqqu gieh ir-Republika. Tiftakru bid-diska “Pajjiz tal-Mikey Mouse”, u ghejduli jekk hux veru gibnih hekk dal-pajjiz. Filli kulhadd jilmenta kontra Gonzi u il-PN fil-Gvern u issa kulhadd mutuuuuuu u truxxxxxx.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s