Fil-Ħamsin Anniversarju tal-Indipendenza

Maltese Flag.versionC

F’Settembru, iktar tard din is-sena, Malta tfakkar il-ħamsin anniversarju tal-Indipendenza.

In vista tal-iżviluppi politiċi u ekonomiċi li għaddejjin bħalissa, jiena għandi l-informazzjoni li l-bandiera Maltija min-nhar il-21 ta’ Settembru 2014 ser tkun il-bandiera li tidher hawn fuq.

Bidu xieraq għal era  ta’ dipendenza u kolonjaliżmu ġdid.

Il-privatizzazzjoni tal-Enemalta

chopsticks

 

Id-dibattitu ta’ dawn il-ġranet fil-Parlament, inkluż illum huwa dwar il-privatizzazzjoni tal-Enemalta.

Ftit ħsibijiet.

Huwa ironiku li din il-privatizzazzjoni qed issir minn dak li baqa’ mill-Partit Laburista li pass pass qed jitlef il-kuntatt mal-għeruq tiegħu fuq ix-xellug.

Fil-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Enemalta l-Gvern tal-Labour qed jissepara l-ħaddiema mill-assi tal-Enemalta. Jidher li ċ-Ċiniżi ma jridux jitgħabbew bil-piż tal-pagi tal-1,600 ħaddiem tal-Enemalta.

Il-Gvern tal-Labour ser jittratta lill-ħaddiema  tal-Enemalta bl-istess mod li l-Gvern tal-PN ittratta lill-ħaddiema tat-Tarżna. B’differenza waħda. Din id-darba għadni ma smajtx leħen il-GWU!

B’dan il-pass ser tingħata daqqa oħra lill-kontroll sovran tal-pajjiż fuq l-enerġija.