F’Ottubru li għadda il-Prim Ministru Joseph Muscat mexxa delegazzjoni Maltija fl-Iżrael. Kien hemm diversi Ministri u tkellmu dwar diversi affarijijiet. Kollha affarijiet important.
Bla dubju tkellmu ukoll dwar l-appoġġ li Malta ilha snin twal tagħti lill-kawża Palestinjana. Appoġġ li ingħata minn diversi Gvernijiet.
Fl-istqarrija li l-Prim Ministru kien għamel fil-Parlament nhar il-21 t’Ottubru 2013 jissemmew ħafna affarijiet interessanti u utli li dwarhom id-delegazzjoni Maltija tkellmet mad-diversi politiċi li ltaqgħet magħhom.
Ma tissemmiex ħaġa waħda: appoġġ politiku lill-istat tal-Iżrael.
Ftit ftit minn Ottbru 2013 lil hawn ħerġin biċċiet ta’ informazzjoni li jindikaw illi għaddej taqlib kbir fil-politika Maltija fil-konfront tal-Iżrael.
Il-Malta Today ippubblikat artiklu minn Jürgen Balzan dwar dan. Jidher li għaddej argument bejn George Vella Ministru tal-Affarijiet Barranin li jsostni appoġġ lill-kawża palestinjana u dawk fil-Kabinett li huma iktar prammatiċi u allura jitkellmu b’mod li jidhru bilanċjati, jiġifieri kritiċi nofs kedda favur tal-qagħda attwali fil-Lvant Nofsani.
Fin-nofs jidher li hemm l-appoġġ għall-kandidatura tal-Iżrael għall-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda. Il-Gvern Malti jidher li qed jikkunsidra li jappoġġa din il-kandidatura.
Nistennew il-karrotti ta’ Natanyahu.