Dalli vs Barroso u Kessler : ir-round li jmiss

ceo_carrousel2_0

Il-ġimgħa d-dieħla fil-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja ser jitla’ jixhed Josè Manoel Barroso innifsu biex iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ l-Imħallfin fil-kawża li fetaħ John Dalli innifsu.

Dan hu l-ewwel darba li Barroso qed ikun mitlub jixhed dwar il-każ sentejn wara r-riżenja sfurzata ta’ John Dalli minn Kummissarju.

Imma dan mhux kollox. L-Ombudsman tal-EU Emily O’Reilly bdiet tinvestga dwar laqgħat sigrieti bejn il-Kummissjoni Ewropeja u l-Industrija tat-tabakk. Talbet lill-Barroso jispjega u tatu sat-30 ta’ Settembru żmien.

L-investigazzjoni tal-Ombudsman tal-EU bdiet wara li irċeviet ilment mill-NGO Ewropew Corporate Europe Observatory.

Sadanittant f’Malta sirna nafu li Silvio Zammit ġie imwiegħed proklama u li l-konfront bejn John Dalli u Giovanni Kessler jidher li hu pospost!

Il-kobba tkompli titħabbel.