Meta Anġlu Farrugia lejlet l-Elezzjoni Ġenerali qabeż il-linja u ikkritika b’mod mhux aċċettabbli lil waħda mill-Maġistrati, Joseph Muscat ġiegħlu jwarrab minn Deputat Mexxej tal-Partit. Kien hemm ħafna kummenti dwar dan. Joseph, dakinnhar xejn ma skrupla jakkuża, u jiddeċiedi. Insista li Anġlu kellu jerfa’ r-responsabbilta’ politika u jwarrab. U baqa’ sakemm warrab.
Il-każ ta’ Manwel Mallia mhux identiku bħal dak ta’ Anġlu imma huwa ukoll każ fejn hemm ħtieġa li tintrefa ir-responsabbilta politika għal dak li ġara bil-karozza uffiċjali tal-Ministru. Min-naħa l-waħda qed ikun dejjem iktar ċar x’ġara u min-naħa l-oħra qed ikun iktar ċar x’intqal. Illum, per eżempju nafu aħjar kif kien hemm min ipprova jisgwida lill-gazzetti billi għaddilhom informazzjoni mhux korretta dwar kif u għaliex seħħet l-isparatura. Imma l-giddieb għomru qasir għax malajr bdew jindunaw x’ġara tassew.
Ir-responabbilta’ politika trid tintrefa anke minn Manwel Mallia. L-impatti politiċi fuq min ikun ġenwin u jerfa’ ir-responsabbilta’ tiegħu mill-ewwel, fit-tul ikunu pożittivi. Min-naħa l-oħra min jirreżisti li jagħmel dmiru u ma jkunx irid jerfa’ r-responabbiltajiet tiegħu ibati biex jirkupra. L-effetti politiċi fuqu jkunu ikbar. Dejjem hekk ġara. Għax raġel veru hu raġel dejjem.
“Il-każ ta’ Manwel Mallia mhux identiku bħal dak ta’ Anġlu ,,, ” Hekk hu. Anglu kien direttament risponsabbli; Manwel Mallia le. Ma nhawdux u ma nizgwidawx ghal ragunjieit biss biss noskuraw lil Prim Ministru u lil Ministru Mallia. Inkella nnaqsu mill-kredibilita taghna stess. “Ghax ragel veru hu ragel dejjem.” (Ugwalment mara, jew insejna l-ugwaljanza? :P)
” … nafu ahjar kif kien hemm min ipprova jisgwida lill-gazzetti billi għaddilhom informazzjoni mhux korretta … ” Min kien/kienu dawn? Il-Prim Ministru? Il-Ministru Mallia? Ejja nkunu cari u mhux vagi!
Ir-responsabilta ga hadha Manwel Mallia ghax, flimkien mal-Prim Ministru, bl-onesta u l-etika kollha, hadu l-passi necessarji u li titlob ir-raguni u l-morali. Li tkabbar dan l-incident daqstant li titlob rizenja ta’ PM u ta’ Ministru, bhal ma qed jaghmlu xi whud, bhallikieku li r-rejat ghamluh Joseph Muscat u Manwel Mallia, huwa malizzjuz, immorali u hazin! L-effetti negattivi, anke politici, fuq min jipprova jaghmel, dan ikunu kbar!