Nhar l-Erbgħa fil-għaxija bdew id-diskussjoni fil-Parlament dwar l-iżvilupp sostenibbli.
Smajt lil Mario de Marco jitkellem madwar siegħa u nofs. Leo Brincat tkellem siegħa u kien għadu ma spiċċax.
Mario mexa ma text ippreparat. Għal ħinijiet twal qara diskors miktub. Xi drabi tfixkel ftit huwa u jitkellem dwar materji li għadu m’huwiex familjari magħhom biżżejjed. Leo ukoll ipprepara u kien iktar ċar f’dak li kellu xi jgħid.
Mario irrefera għal konsultazzjonjijiet wiesgħa li għamel. Ħaġa tajba. Avvanz fuq ta’ qablu li mhux biss kien selvaġġ talli fuq kollox kien inkompetenti.
Jiena ukoll kelli laqgħa twila ma Mario dwar l-abbozz ta’ liġi. L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li m’hemmx bżonn li jressaq liġi. Dak li ried jagħmel : li jibni fuq pedamenti sodi l-infrastruttra amministrattiva għall-iżvilupp sostenibbli seta jsir b’mod faċli u inqas ikkumplikat mingħajr il-ħtieġa ta’ liġi.
Imma din, Mario u dawk ta’ madwaru ma jistgħux jifhmuha. Huwa u jitkellem Mario ftaħar li ftit hemm pajjiżi bħalna li għandhom liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli. Ma nafx jekk irrealizzax li l-fatt li ftit li xejn hemm pajjiżi b’din it-tip ta’ liġi ifissirx li ħadd ma ħass il-ħtieġa tagħha!
Il-parti l-kbira tal-proposti fil-liġi diġa jeżistu fl-istrateġija nazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli. Li qed jagħmel il-Gvern hu li qiegħed jittrasferihom mill-istrateġija għall-liġi. Dan m’hu xejn ħlief logħob. Imma l-anqas dan il-logħob ma jiġġustifika l-fatt li l-Gvern żamm il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli milli tiffunzjona għal snin twal.
U dan hu l-Gvern li fid-diskors programmatiku tal-President tar-Repubblika f’Mejju 2008 qalilna illi li ser jagħti importanza kbira lill-iżvilupp sostenibbli.
Għall paroli veru jieħu l-ewwel. Imma bejn il-kliem u l-fatti ………. hemm il-baħar jikkumbatti!
Mario de Marco irrefera għad-diskussjoni li kellna jiena u hu dwar l-abbozz. Jiena dejjem insistejt li Gvern li jagħmel proposti fuq livell internazzjonali b’ċerta pompa għandu jkollu l-konvinzjoni li dak li jippretendi mill-komunita’ internazzjonali jkun lest li jimplimentah f’Malta stess. Għalhekk ipproponejt il-ħolqien tal-kariga ta’ Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri. Proposta li Mario de Marco għan-nom tal-Gvern aċċetta u inkludiha bil-mod kif ħaseb hu fil-liġi.
Leo Brincat fil-kritika tiegħu, li ser ikompli nhar it-Tnejn, tefa’ botta dwar jekk il-Gvern huwiex qiegħed jagħti l-impressjoni li qed jagħti każ dak li tgħid Alternattiva Demokratika biex forsi jnaqqas mill-kritika indirizzata lejh minn AD! Leo m’għandix dubju li kien qed jiġbed is-saqajn. Għax jaf li l-kritika ta’ AD m’hiex ser tieqaf. La lejn il-Gvern u l-anqas lejn l-Opposizzjoni li flimkien huma responsabbli għall-istat li jinsab fih il-pajjiz.
Dwar dan kollu ktibt u tkelllimt fit-tul matul dawn l-aħħar snin. Li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi m’huwiex kapaċi. Ma jridx jimxi fit-triq li twassal lejn is-sostenibilita’. Kieku kien jinteressah kien jimxi mod ieħor fl-oqsma kollha.
Il-prietki waħedhom mhux biżżejjed.
Wara kollox mhux Gonzi innifsu talabna biex ma niġġudikawħx fuq dak li jgħid iżda fuq dak li jagħmel? U hekk qed nagħmlu. Niġġudikawħ fuq il-ħerba ambjentali li ser iħalli warajh.
Il-futur tagħna u ta’ uliedna jixraqlu xi ħaġa aħjar. Li la Gonzi u l-anqas Muscat ma jistgħu joffru.
Għalhekk qegħdin fil-politika aħna ta’ Alternattiva Demokratika.
Perit, b’kumbinazjoni qabel ma qrajt l-artiklu eccellenti tieghek dhalt fis-sit elettroniku http://www.timesofmalta.com. Fuq nett sibt dan l-artiklu ferm interessanti
taht it-titlu: Developers, estate agents warn of slowdown, layoffs.
”Developers and estate agents warned today that further economic uncertainty may result in substantial layoffs in the industry and a slowdown which will also impact the banks.
In a joint statement, the Malta Developers Association (MDA), the Federation of Building and Civil Engineering Contractors (FOBC) and the Federation of Estate Agents (FEA) said the current situation of economic uncertainty was a source of concern and may cause the already ‘precarious’ situation of the property market to deteriorate further.
“Although it has emerged that so far the employment figures are satisfactory, the three associations fear that if the economic uncertainty continues to persist, the situation in the construction sector will continue to deteriorate, resulting in a slowing of the rhythm of this major motor of the economy in our country and considerable job losses in the sector, to the extent that it will not be possible for the unemployed to be absorbed in other sectors of the economy, as has happened so far,” the associations said.
“Apart from that, the slowdown in the activity in the property market can have a negative impact on the financial institutions, to the extent that the banks have already complained that requests for house loans have reduced drastically.”
They said that a lot of work could be done to modernise existing buildings, but people were not taking such decisions because of the current situation of uncertainty.
The three associations also insisted their their sector should be represented on the Malta Council for Economic and Social Development (MCESD) because of its importance for the economy.
Ma niehux pjacir b’ahbarijiet bhal dawn u r-raguni principali hija ovvja. Jista’ Ibati kulhadd!
Pero Alternattiva u bosta ohrajn kienu ilu iwissu li qed jinbena wisq bini bla bzonn. Issa sahansitra din l-attivita m’ghadhiex aktar sostenibbli….U min ser ihallas ghal din l-inefficenza tal-gvern…ghax fl-ahhar hemmhekk tieqaf il-munita! Hadd hlief il-poplu Malti.
Il-biza’ tieghi hu li il PN u l-PL jkomplu juzaw l-ambjent biex taparsi juru li qeghdin jaghmlu xi haga, u fil-fatt imbaghad ma jaghmlu xejn, anzi jkomplu jkissru. Il-PN u l-PL huma wisq mcappsin mal-ispekulaturi u man-neguzjanti li jisponsorjawhom.
Dejjem hekk ghamlu ! Mhux ser jinbidlu issa !
Carm
Ma nistax nifhem kif, minkejja kollox, il-votanti maltin jibqghu itellghu fil-Parlament kandidati Nazzjonalisti u Laburisti biss.