Gonzi jiftaħ għajnejh ?

 

Fil-maratona li spiċċa l-bieraħ fil-għaxija mhux importanti  jekk Gonzi ġiex l-ewwel jew l-aħħar.

L-iktar importanti, skond kif ġie irrappurtat, hu li jidher li fetaħ għajnejh.

Donnu beda jirrealizza li hu maqtugħ min-nies. Il-Malta Today fil-fatt tgħidilna illi : Gonzi tells his faithful: go to the electorate and regain their trust.

It-Times online min-naħa l-oħra tirrapporta illi “PM says leadership contest brought him closer to people’s everyday realities.

Mela issa qed jirriżulta li dak li sa ftit ilu kienet deskritta bħala problema interna bejn Gonzi u deputat tal-PN fir-realta kienet problema ferm ikbar, li Gonzi kien maqtugħ min-nies.

Dam ftit ma nduna.

U bilħaqq, għax kont ser ninsa’. Gonzipn spiċċa. Issa reġa’ sar PN. Mhux Gonzi, qalilna, rebaħ l-elezzjoni tal-2008, iżda l-PN. L-avukat Gonzi jaħseb li in-nies tinsa’. Jew inkella sema’ l-karba ta’ dawk l-akkaniti li qed jgħidulu “Tuna l-partit lura”.