Moratorium : fl-interess tagħna lkoll

moratorium

Huwa meħtieġ li jkun hawn moratorium fuq l-iżvilupp ta’ proġetti kbar. Li dan isir, illum qabel għada, hu fl-interess tagħna lkoll.

Meta fl-2006 ġew approvati bl-għaġġla l-pjani lokali ittieħdet deċiżjoni ħażina li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħha sal-lum.

Sa nofs l-2006 il-proċess tal-konsiderazzjoni tal-pjani lokali kien miexi bil-mod tant li tnejn biss (minn 7) kienu għadhom ġew approvati. Imma indunaw li kienet ser tidħol fis-seħħ direttiva tal-Unjoni Ewropea imsejħa Strategic Environmental Assessment Directive. Din id-direttiva tesiġi li qabel ma jkun approvat pjan jew programm li jħejji l-qafas ta’ żvilupp għall-futur għandu jkun studjat l-impatt kumulattiv ta’ dak propost.

Studju tal-impatt kumulattiv tal-pjani lokali ma sarx. Li kieku dan l-istudju sar il-pjani lokali kienu jkunu ezaminati dettaljatment. Ir-regolamenti dwar is-suġġett fil-fatt jgħidu li l-iskop hu  li “jipprovdi għal livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent, u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bil-għan li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli, billi jiġi żgurat li, skont dawn ir-regolamenti, titwettaq stima ambjentali strateġika dwar ċertu pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.” [ara Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika. 549.61] L-iskedi ta’ dawn ir-regolamenti jispjegaw dettaljatament dwar il-kriterji u l-impatti li għandhom ikunu ikkunsidrati.

Biex dan l-istudju ma jsirx il-Gvern u l-MEPA għaġġlu biex fis-sajf tal-2006 jkunu approvati l-pjani lokali li kien baqa’ flimkien mal-eserċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni li żied maż-żewġ miljun metru kwadru fiż-żona tal-iżvilupp. B’din l-approvazzjoni ta’ malajr il-Gvern u l-MEPA fl-2006 għamlu għażla ċara li għalihom l-industrija tal-kostruzzjoni tiġi qabel il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

Għalhekk hemm bżonn il-moratorium, il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll tkun tista’ terġa’ tingħata prijorità.

Advertisements

One comment on “Moratorium : fl-interess tagħna lkoll

  1. Is soluzjoni hija semplici:
    >> L-ebda bini fuq art mhux mibnija ma jista jigi approvat izjed!!
    >>Dawk il kostruzjonijiet li mhumiex skond il-ligi ghandhom jigu mwaqqa minnufih a spejjes tal gvern.
    >> Jista isir zvilup biss fuq art mibnija tiga legalment .
    B’dan il mod zviluppaturi iridu jahsbu huma fejn l-ahjar jibnu imma skond x jiprovdi is-suq! e.g l-izvilupp li sar Tas-Sliema . Naturalment kull zvilup irrid ikun approvat mir-residenti u Planning board kompetenti + Local Councils. Vantagg iehor huwa li l-industrija tassorbi il-bini mhux okkupat ghax joghla il prexx tal art/bini!!
    >> Il Gvern/Kunsilli Lokali ghandom jahdmu primarjament biex jixtru lura art kemm jistghu biex jigu jizviluppati spazji ghac cittadini (i.e jikkompeti mas suq). Kull kummerc fuq art tal Gvern tkun ikkontrollata mill Mepa, Kunsilli Lokali, Ghaqdiet ambjentali u Kumitat ta-cittadini ordinarji/residenti!
    >> Ghandhu jkun hemm pjan biex Art Agrikola kollha tigi sfruttata u prottetta!! Il hsieb ghandu jkun l-izjed fuq art abbandunata……( Green Technolgies…Co-op Farming Schemes..Water Capture…..voluntarjat)
    >> Policy ta riciklagg ta materjal tal bini!! (Gebel ta dimensjoni izghar…importazjoni ta materjal li l-izjed qieghed jaghmel pressjoni fuq l-ambjent lokali…eg. ir-ramel) Il Gvern ghandu jissusidja materjal riciklat!! Permessi ghal materjal gdid, forsi, ta Importazzjoni, u modern biex nipprotegu il-gebla Maltija

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s