Beda l-proċess biex jitwaqqaf il-partit ta’ Marlene Farrugia li issa nafu li ser ikun jismu l-Partit Demokratiku. Hi deċiżjoni mistennija għal dawn l-aħħar ġimgħat.
Id-deċiżjoni, bla dubju, hi riflessjoni tal-ħsieb tal-promuturi (dawk li Marlene issejħilhom il-core group) u kif dawn qed jinterpretaw ix-xenarju politiku tal-lum. Ovvjament mhux kulħadd jiżen il-fatti bl-istess mod u għalhekk li setgħu jittieħdu deċiżjonijiet differenti.
Matul Marzu u April li għadda, xi drabi flimkien ma uffiċjali oħra ta’ Alternattiva Demokratika, iltqajt ma Marlene u uħud mit-team ta’ madwarha. In vista tal-fatt li hemm similarità fl-ideat [osservazzjoni li tirriżulta minn uħud mis-suġġetti li qed tmexxi l-quddiem Marlene u li huma viċin ħafna dak li titkellem dwaru Alternattiva Demokratika] tkellimna dwar il-possibilità li flok ma twaqqaf partit ġdid, Marlene Farrugia setgħet faċilment tmexxi l-proġett politiku tagħha minn ħdan Alternattiva Demokratika. Imma din l-idea kien hemm resistenza għaliha u b’mod indirett konna mistiedna biex minnflok inxolju lill-Alternattiva Demokratika u ningħaqdu aħna ukoll fil-partit ġdid li kellu jitwaqqaf. Proposta li ma kienx hemm qbil magħha.
Il-partit, qalulna, kellu jkun ġdid, b’nies ġodda. Ovvjament mhux il-partit kollu ser ikun ġdid, għax l-anqas Marlene nnifisha m’hi ġdida, b’esperjenzi diversi, uħud posittivi imma anke oħrajn li possibilment m’humiex.
Tul il-ġimgħat li ġejjin bla dubju insiru nafu iktar, in partikolari dwar kif jaħsibha u kif ser ikun organizzat il-partit il-ġdid, il-Partit Demokratiku.
Marlene, bla dubju hi persuna valida li għad tista’ tagħti kontribut lill-politika Maltija. Imma jekk il-ħolqien tal-Partit Demokratiku huwiex pass tajjeb jew le għad irridu naraw. It-tweġiba jagħtihielna ż-żmien.
Sadanittant nibqgħu għaddejjin b’ħidmitna bit-tama li nsibu mod kif nistgħu nikkooperaw.
Zvilupp inkwetanti hafna. Il-vot ta dawk favur l-ambjent u kontra l-korruzzjoni ha jkompli jigi ifframmentat u ghaldaqstant isir ineffettiv. U l-partit laburista jerga jitla fil-gvern u jkompli fit-triq hazina li qbadna. Ma napprovax ghall izbalji kbar tal-PN imma xorta nhoss li l-PN ma kienx hazin daqs il-PL. Bl-istatus quo il-votant onest ha jkollu jaghzel bejn il-principji (AD\PD) u bejn li jkun kostrett jivvota ghall unika partit li jista jnehhi lil PL mill-gvern (PN).
Li ma naqbilx jien hu li wiehed (hu jew hi min hi) jitla fil-Parlament b’voti ta’ partit, imbaghad mil-parlament isawwat u jivvota kontra l-istess partit li tellghu! Jidhirli li b’hekk ma tkunx Demokratiku, izda tkun qed tabbghuza mid-demokrazija. Jekk Marlene trid partit gdid fil-veru sens tal-kelma , tirrezenja mill-Parlarment u tibda mill gidid. B’hekk ikollha aktar sahha morali.
Kull min qasam minn naha ghall-ohra tal-Kamra, jkun tradixxa lil votanti li jirraprezenta.
Hemm diversi kazi fejn min jaqsam il-Kamra jaghmel dan biex jiddefendi lill-votanti li jkun qed jirrapprezenta. Bhall-kaz ta’ Marlene.
Il-votant tellgha lil Marlene, mhux kwalunkwe raprezentant Laburista. Dan ifisser li hu fid-dmir ta Marlene li timxi ma dak li thoss li hu tajjeb, u ghal daqstant timxi mal-principji taghha.