Id-demokrazija tal-Labour …………… bit-telefon ta’ Joseph

telphone 3

Id-deċiżjoni tal-Gvern li jneħħi l-obbligu mill-liġi taċ-ċittadinanza illi jkunu ippubblikati l-ismijiet tal-persuni kollha li jingħataw iċ-ċittadinanza għamlet ħsara kbira lill-pajjiż.

Il-ħsara saret mid-deċiżjoni innifisha u min-nuqqas tal-Gvern li jkun sensittiv għall-opinjoni pubblika f’Malta stess. Ħsara li ġiet riflessa fil-kummenti fil-media internazzjonali.

Il-kritika li saret fil-pubbliku minn diversi kien obbligu. Kien nuqqas tal-Gvern li injora din il-kritika għax dehrlu li kellu s-saħħa li jirrombla minn fuq kulħadd.

Issa l-Gvern iċċaqlaq. Louis Grech Deputat Prim Ministru qal li ċempillu l-Prim Ministru Joseph Muscat u qallu bil-posizzjoni l-ġdida.

Possibli li l-Partit Laburista jaċċetta dan il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet? Dan hu l-mod kif jiddeċiedi il-Labour? Jiddeċiedi Joseph u jikkomunika d-deċiżjoni  tiegħu bit-telefon. Possibli li dan hu l-livell ta’ diskussjoni politika fil-Partit Laburista?

Sal-lum jiena kont qed inqis li l-liġi taċ-ċittadinanza hu kaz ta’ġudizzju politiku (tal-Labour) żbaljat. Imma issa jidher li hu ħafna agħar minn hekk. Donnu li fil-Labour Party ta’ Malta wieħed jiddeċiedi u l-oħrajn ibaxxu rashom wara li jirċievu telefonata.

Il-ħsara li saret hi kbira. Hu ċar kif il-Labour jiddeċiedi: bit-telfon. Imma agħar minn hekk ġiet imtappna r-reputazzjoni ta’ Malta. Din hi ħsara kbira li l-effetti tagħha għad irridu inħossuhom.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s