CHOGM 2015 : b’rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem

Joseph Muscat with Mahinda Rajapakse .Sri Lanka Nov 2013 CHOGM 2013 Sri Lanka

Waqt il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Commonwealth li saret il-ġimgħa l-oħra ġo Colombo fis-Sri Lanka sar magħruf li l-Mauritius irtira l-istedina tiegħu biex il-laqgħa li jmiss tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi membri tal-Commonwealth issir fil-Mauritius.

Malta fiċ-ċirkustanzi offriet li l-laqgħa issir ġo pajjiżna. L-istedina ġiet milqugħa.

Il-mistoqsija hi: għalfejn ġiet iritirat l-istedina tal-Mauritius biex dan il-pajjiż jorganizza ic-CHOGM (Commonwealth Heads of Government Meeting) fl-2015?

Ir-risposta issiba fil-media internazzjonali.

Il-Kapijiet tal-Gvern tal-Mauritius, il-Kanada u l-Indja ma marrux għas-Summit tac-CHOGM fis-Sri Lanka l-ġimgħa l-oħra minħabba l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż. Għalhekk ukoll il-Mauritius irtira l-istedina tiegħu  biex il-laqggħa taċ-CHOGM fl-2015 issir fil-Mauritius.

Il-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Bniedem Navi Pillay ilha minn Settembru tinsisti mal-Gvern ta’ Sri Lanka biex issir investigazzjoni serja dwar l-abbużi li seħħew fi Sri Lanka.

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron li l-ġimgħa l-oħra attenda għas-summit fi Sri Lanka ħa posizzjoni iebsa fuq ir-record tad-drittijiet tal-bniedem tal-Gvern tas-Sri Lanka.

Il-lista hi twila u tinkludi tortura, nies li nqatlu jew li sparixxew,  intimidazzjoni ta’ ġurnalisti,  stupru …..

F’diskors li għamel f’Colombo l-ġimgħa l-oħra David Cameron wissa’ li jekk is-Sri Lanka mhux ser tiċċaqlaq, ir-Renju Unit ikun kostrett li jitlob lill-Ġnus Magħquda biex tibda investigazzjoni.

F’dan il-kuntest minnflok ma appoġġat il-posizzjoni tal-Mauritius Malta offriet li tieħu postha u dan mingħajr l-ebda konsiderazzjoni għat-tkasbir tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka.

Ma nafx meta ser jasal iż-żmien li Malta jkollha politika barranija mibnija fuq il-valuri, fosthom tar-rispett lejn id-dinjita’ tal-bniedem.

Qed nippretendi wisq?

Ippubblika fuq iNews : it-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013

Advertisements

One comment on “CHOGM 2015 : b’rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem

  1. M’ghandiex dubju li dan l-artiklu, ladarba miktub minn Perit C. Cacopardo, huwa mibni fuq il-fatti kif spjegati.
    Nappogga bis-shih dak li l-awtur kiteb. Hasra li zgur li ser ikun hemm min ihares l-ghemil ta’ pajjizna b’disprezz. Jekk sar xi zball minn xi hadd jehtieg li jsir xi haga biex l-izball jissewwa. Jekk dan jista’ jsir….Hasra jekk le….

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s