L-Ekonomija l-Ħadra

green new deal

Dal-għodu attendejt għall-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-Ekonomija l-Ħadra. Proċess li għandu jwassal għall-formolazzjoni ta’ strateġija u pjan t’azzjoni.

Kien hemm żewġ diskors interessanti. Tkellmu ukoll fil-qosor il-Ministri Leo Brincat u Varist Bartolo.

Punt validu u interessanti li għamel Varist kien li s-sistema edukattiva dejjem tkun ftit lura iktar mill-ekonomija. Hemm ħtieġa, qal. li jagħmel “green audit” tas-sistema edukattiva biex iħaffef il-proċess tat-taħriġ meħtieġ għal ekonomija li qed tiżviluppa.

L-ekonomija l-ħadra tirrikjedi l-ħidma ta’ kulħadd kif ukoll li nkunu kapaċi nħarsu fit-tul. S’issa kellna gvernijiet li kapaċi jħarsu sal-ponta ta’ imneħirhom biss.