Aċċident ieħor f’impjant nukleari ġewwa Franza

 

 

 

 

Aċċident ieħor : din id-darba fl-impjant nukleari ta’ Romans-sur Isere ġewwa Franza.

 

Din il-ġimgħa infaqa’ pajp li minnu ħareġ likwidu radjattiv.

 

 

Il-ġimgħa l-oħra skart likwidu li kien fih l-uranju b’mod aċċidentali waqa’ f’żewġ xmajjar qrib il-belt ta’ Avignon.

 

Dawn huma żewġ inċidenti fi spazju ta’ ġimgħa, it-tnejn f’impjanti immexxija mill-kumpanija multinazzjonali Areva.

 

Franza għandha 59 impjant nukleari li minnu tkun prodotta 80% tal-elettriku użata fi Franza.

 

Il-Ministru responsabbli għall-Ambjent fi Franza Jea-Louis Borloo insisita li l-inċidenti kienu minuri ħafna, iżda xorta waħda ħass il-ħtieġa illi jordna inkjesta fuq is-superviżjoni tal-industrija nukleari kif ukoll dwar l-ilma tal-pjan f’kull waħda miż-żoni madwar id-59 impjant nukleari fil-pajjiż.

 

L-ex Ministru tal-Ambjent Franċiż Corinne Lepage kienet iktar ċara fi kliema meta qalet li dan kien riżultat ta’ nuqqas ta’ investiment fil-ħarsien tas-saħħa, fis-sigurta u fil-ħarsien ambjentali.

 

Dan għandu relevanza għalina f’Malta minħabba li ma ndumux ma nkunu mdawrin b’impjanti nukleari : fl-Italja, fil-Libja, fit-Tunesia, fl-Algerija. Inċident f’wieħed minn dawn, dipendenti mill-intensita tiegħu, jista’ jkollu effetti diżastrużi fuq pajjiżna.

 

Inċident jista’ jseħħ bħala riżultat ta’ żball uman, inkella bħala riżultat ta’ fallimenti ta’ apparat jew minħabba effetti naturali : bħal terrimot.

 

Quddiem dan kollu f’Malta la Gvern u l-anqas l-Opposizzjoni ma lissnu kelma waħda.

 

Ara ukoll rapporti fil-Guardian u fl-Irish Times 

 

Fuq din il-blog tista’ tara ukoll dawn il-posts:

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/04/28/chernobyl-it-22-anniversarju/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/05/26/sandwich-bejn-il-libja-u-l-italja/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/09/f%e2%80%99krsko-evitat-incident-nukleari/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/15/a-nuclear-sandwich-in-the-mediterranean/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/25/is-sandwich-nukleari-jkompli-jikber/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/07/10/accident-nukleari-fi-franza/

One comment on “Aċċident ieħor f’impjant nukleari ġewwa Franza

  1. Proset, u sehibna is-Sur Sarkozy irid idawwar il-gzira taghna b’impjanti nukleari, f’pajjizi li m’ghandhomx xi track record tajjeb hafna ta resposnabbilta u efficcjenza

Leave a comment