Aċċident Nukleari fi Franza

 

Fi Franza seħħ aċċident nukleari.  Jidher li seħħ tard it-Tnejn bil-lejl. Imma ġie rappurtat it-Tlieta 8 ta’ Lulju 2008 fil-għodu lill-awtoritajiet.

 

Fil-qosor skond il-BBC skart liquidu li kien fih l-uranium b’mod aċċidentali waqa’ f’żewġ xmajjar fin-nofsinnhar ta’ Franza fis-sit nukleari ta’ Tricastin f’Bollene 40 km mill-belt ta’ Avignon.

 

Hemm informazzjoni konfliġġenti dwar kemm kien hemm skart b’ċifri jiġu ippubblikati u wara kkoreġuti (min jgħid 30,000 litru ta’ skart u min jgħid 18,000 litru).

 

L-industrija nukleari tipprova taħbi biex tnaqqas l-impatt fuq l-opinjoni pubblika f’pajjiż li jiddependi għal 80% mill-enerġija tiegħu mill-impjanti nukleari.

 

Sadanittant l-awtoritajiet Franċiżi ħarġu struzzjonijiet lir-residenti : ħadd ma jistad, tixorbux ilma mill-bjar, m’hemmx għawm jew sports fl-ilma, tużawx ilma mix-xmajjar biex issaqqu.

 

 

X’jinteressana tistgħu tistaqsu : ftakru li Franza u l-Libja ftehmu li jinbena impjant nukleari biex jiddistilla l-ilma baħar. Immaġina ftit inċident bħal dan fuq il-kosta tal-Mediterran ftit il-bogħod minn Malta.

 

 

 

Ara ukoll artiklu f’Der Spiegel International fuq l-istess materja intitolat : Catastrophe Is Nuclear Energy’s Standard Operating Procedure

 

Tista’ tara ukoll dawn il-posts :

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/04/28/chernobyl-it-22-anniversarju/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/05/26/sandwich-bejn-il-libja-u-l-italja/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/09/f%e2%80%99krsko-evitat-incident-nukleari/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/15/a-nuclear-sandwich-in-the-mediterranean/

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/06/25/is-sandwich-nukleari-jkompli-jikber/

Leave a comment