Siġra tal-ballut f’Surrey ir-Renju Unit ġiet stmata li tiswa’ madwar € 722,000 (nofs miljun lira sterlina).
Din is-siġra hu stmat li għandha 300 sena u fiha għoli ta’ ftit iktar minn 12-il metru (40 pied).
Dan il-valur ingħata skond sistema ġdida maqbula mill-Kunsilli Lokali Ingliżi biex inaqqsu l-każijiet fejn ħsara fil-bini tiġi attribwita lis-siġar mingħajr ma jkun hemm raġuni valida.