Baghdad is going solar.
Starved out of electricity Baghdad is going solar at least for street lighting.
Full story in today’s Los Angeles Times.
Baghdad is going solar.
Starved out of electricity Baghdad is going solar at least for street lighting.
Full story in today’s Los Angeles Times.
L-istrajk tal-lum tafu dwar xiex kien ?
Dwar il-liċenzji tal-karozzi tal-mejtin. Il-Gvern iddeċieda li jneħħi l-kontrolli li ma kienu qed iservu għal xejn u għamel dan wara konsultazzjoni mal-għaqda tas-sidien tal-karozzi tal-mejtin. Fil-laqgħat li saru jidher li ma waslux, u għax ma waslux ħasbu li ma kellu jsir xejn. Il-Gvern qiegħed hemm biex jiddeċiedi u għamel sewwa li ddeċieda.
Tal-linja, tat-taxis u tal-minibuses illum taw l-appoġġ tagħhom lil tal-karozzi tal-mejtin. Meta għamlu dan qed jagħtu messaġġ ċar : li huma favur il-monopolju li kellhom tal-karozzi tal-mejtin. Huwa ċar ħafna għaliex dan : għax għandhom monopolju huma ukoll !
Dan il-pajjiż jeħtieġ jimxi ftit il-quddiem. L-ewwel pass ikun jekk nifhmu li l-problemi jistgħu jissolvew madwar mejda. Illum ħadd m’għadu jibża’ mill-għajjat u l-istorjbu !
Il-qasam tat-trasport pubbliku huwa miżgħud bil-problemi u huwa meħtieg li jissolvew mill-iktar fis possibli.
Hija meħtieġa riforma mill-qiegħ tas-settur tat-trasport pubbliku b’mod li xi darba jkun possibli li kull wieħed minn jkollu għażla li ma jagħmilx użu mill-karozza privat tiegħu. Biex forsi fl-aħħar jonqsu l-karozzi mit-toroq, u jonqos it-tniġġis tal-arja li dawn iġibu magħhom.
Nittama li xi darba mhux il-bogħod tinstab soluzzjoni madwar mejda biex dan ikun jista’ jsir.