majjal imwieled f’Chernobyl fl-1986
Nhar il-Ġimgħa 25 t’April kien it-22 anniversarju tad-diżastru nuklejari ta’ Chernobyl, fl-Ukrajina.
Fil-lejl bejn il-25 u s-26 t’April 1986 sploda r-rejattur numru 4 tal-impjant nuklejari ta’ Chernobyl. L-impatt tar-radjuattivita fuq medda kbira ta’ art mad-dawra kien bejn 30 u 40 darba tal-impatt fuq Hiroshima fl-1945. Effettwa ukoll il-pajjiżi diversi, fosthom dawk ġirien u iktar ukoll.
L-imwiet bħala riżultat tal-isplużjoni kienu 56 diretti u madwar 9,000 oħra li żviluppaw il-cancer bħala riżultat tar-radjazzjoni li kienu esposti għaliha.
Effettwa ukoll lill-annimali kif jidher mir-ritratt li qed jakkumpanja dan il-post.
Il-Punent kien induna b’dan l-inċident minn indaġni li saret fl-Isvezja nhar is-27 t’April 1986 meta kien instab li ħaddiema tal-impjant nuklejari f’Forsmark l-Isvezja kellhom indikazzjonijiet ta’ radjuattivita fuq ħwejjiġhom u dan ma kienx ġej mill-impjant Svediż.
Fortunatament rari jkollna inċidenti ta’ dan it-tip. Ma jfissirx dan li l-enerġija nukleari hi aċċettabbli. Tikkawża ħafna problemi. Imma dawk niddiskutuhom f’xi okkażjoni oħra.
Wahda mir-ragunijiet ta dan il-katastrofu hu n-nuqqas ta akkontabilita li kien hemm fil-USSR. M’hemmx bzonn tahseb x’ha jigri, just ara kif ha tbengila
Ghandi dubji kbar kemm pajjizi bhal Libja li qed ifornihom Sarkosy huma reliable aktar mill USSR.
Jalla ghandi zball