F’Pembroke, il-proġett ta’ Silvio Debono : konsultazzjoni ta’ bil-fors?

 

Nhar it-12 ta’ Jannar 2018 l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fetħet il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-impatti ambjentali tal-proġett f’Pembroke fuq is-sit magħruf bħala tal-ITS. Fi ftit kliem il-proġett kontroversjali ta’ Silvio Debono tas-Seabank Group tal-Mellieħa.

Niftakru fil-kontroversja ta’ madwar sena ilu fejn kien sar magħruf li t-team legali ta’ Silvio Debono kien immexxi minn Mario de Marco, sal-2013 Ministru għall-Ambjent.

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni ambjentali ser jibqa’ sejjer sat-12 ta’ Frar 2018, imma oqgħodu attenti u ngħidilkom għaliex.

Fost il-kwantità kbira ta’ rapporti li wieħed isib aċċess għalihom hemm il-Project Description Statement dwar il-proġett propost, datat April 2017 u miktub mid-ditta Landmark Architects – ditta ta’ periti immexxija mill-ex-Ministru Jesmond Mugliett.

Fil-paġna 5 ta’ dan ir-rapport insibu dawn il-kliem:

“On the 2nd of February 2017, the Government of Malta and dB San Gorg Property Limited signed the contract for the granting of the RFP site. Both the Government of Malta and dB San Gorg Property Ltd. agree that evaluation of the project development should not extend beyond the minimum time frames established by Planning Law.”

Dan, fil-fehma tiegħi ifisser ħaġa waħda: li l-proċess li jista’ jwassal għall-ħruġ tal-permess tal-iżvilupp m’għandux jittawwal. Il-minimu huwa biżżejjed, ftehmu l-Gvern u Silvio Debono.

Għalina li nsegwu u li nippruvaw nagħtu kontribut, sakemm iħalluna dan kollu jfisser pressjoni żejda.

Jekk hemm min jista’ jagħti daqqa t’id jagħmel differenza kbira. Għax jekk ser nibqgħu kulħadd jaħdem għal rasu, jiġru bina. Dan hu każ ieħor fejn il-konsultazzjoni hi finta, taparsi u ta’ bilfors.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s