Wara li qrajt l-artiklu fuq it-Times dal-għodu, iktar naħseb li tagħhom biss! Qed nirreferi għal tal-bars u r-restoranti. Uħud għandhom permess, oħrajn m’għandhomx. Fost dawk li għandhom il-permess hemm min ħa biċċa oħra. Uħud biċċa żgħira, imma oħrajn biċċa ferm ikbar!
Il-bankina qegħda hemm għan-nies: biex jimxu huma u biex jagħmlu użu minnha pushchairs jew wheelchairs ukoll. Imma minflok numru mhux żgħir qed jingħataw għall-kummerċ.
Mhux waħda u tnejn huma l-bankini li ma tistax tgħaddi minn fuqhom għax tar-ristoranti jew bars għamluhom tagħhom.
Għall-Awtorità tat-Turiżmu w id-Dipartiment tal-Artijiet, il-kummerċ jiġi qabel in-nies.
Għax anke l-bankina hi tagħna ukoll, mhux tagħhom biss.
Mhux tar-ristoranti biss. Fi Triq Is-Sorijiet Tal-Ursolini G’Mangia, f’dik il-parti li qegħda bejn Triq l-Isptar u Triq Ġużè Ellul, kemm it-triq kif wkoll il-bankina,saru propjetà esklussiva ta’ operatur tal-catering. Dan m’għandux il-permessi tad-Dipartiment tal-Kummerċ fuq ismu jew fuq isem il-kumpanija tiegħu. Qiegħed wkoll jopera bla permess min żewġ garaxxijiet mill-istess triq. Wara li laħaq is-seba’ sema taħt il-Gvern Nazzjonalista, issa laħaq ir-raba’sular wkoll?
Il-Belt Valletta, li ghandha magoranza ta populazjoni anzjana hija mifnija b’din il-problema.