F’Birżebbuġa, issa l-pass li jmiss.

Noise Report 2015.draft

 

Nigel Mifsud, il-bieraħ, fuq TVM, spjega f’rapport konċiż u informattiv, kif issa, hemm il-provi li l-kontributur ewlieni għat-tniġġiż mill-ħsejjes f’Birżebbuġa hu l-Port Ħieles.

Biex inkun preċiż ir-rapport dwar l-impatti tal-ħsejjes mill-Port Ħieles fuq Birżebbuġa għadu mhux lest għal kollox. L-istudju lest u l-ewwel abbozz tar-rapport ġie diskuss. Jonqos issa li jsiru l-aħħar irtokki biex ikun konkluż ir-rapport finali.

Li sar l-istudju huwa importanti ħafna. Għax issa hemm il-provi li dak li ilhom jgħidu r-residenti hu minnu. Huwa ukoll ikkwantifikat.

Imma tajjeb li nifhmu li biex l-istudju sar kien hemm ħtieġa ta’ ħafna ħidma. Minnu innifsu kien ukoll proċess edukattiv li fih imxew flimkien il-MEPA, l-Port Ħieles u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Kienet triq twila, għax għal bidu mhux kulħadd kien konvint li dik kienet it-triq. Anke matul it-triq kien hemm min ġieli qata’ qalbu. Imma fl-aħħar wasalna. U biex wasalna għandhom mertu diversi persuni.

Dan hu awgurju tajjeb fi tmiem din is-sena. Li bil-paċenzja hu possibli li tasal.

Issa irridu bl-istess ħeġġa nagħmlu l-passi li jmiss: li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-ħoss jonqos.

Għax, kif dejjem ngħid: hu tajjeb li l-Port Ħieles jagħti kontribut għall-ekonomija tal-pajjiz. Dan il-kontribut, iżda, m’għandux inaqqas il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ Birżebbuġa.

Hi rebħa kbira, mhux biss għal Birżebbuġa, li wasalna sa hawn. Inħarsu l-quddiem b’kuraġġ. I

ppubblikat ukoll fuq iNews : l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru 2015

 

2 comments on “F’Birżebbuġa, issa l-pass li jmiss.

  1. Prosit hafna u grazzi ghan nom ta bosta. Izda ma tantx jien fiducjuz li se jitiehdu mizuri konkreti biex jitnaqqas dan l-inkonvinjent. Ir raguni principali hija li, apparti li issa sar investiment ta miljuni specjalment biex gie estiz Terminal one, il hsejjes gejjien min hafna tipi ta makkinarju u virtwalment impossibli li jonqsu jekk ma jieqaf l-operat kollu ghal xi ftit sieghat bil lejl almenu f’Terminal 1 li qieghed l-eqreb ta l-abitat. Sfortunatament bhal ma qieghed jigri f’kull qasam l-ewwel jigu l-kunsiderazjonijiet ekonomici mbghad is sahha tal poplu.

    • Il-miżuri ser jittieħdu. Uħud immedjatament (short term) u oħrajn fit-tul (long term). Bla dubju, meta l-miżuri identifikati jkunu attwati ser inaqqsu l-impatti tal-istorbju li joriġinaw mill-Port Ħieles fuq il-komunità residenzjali ta’ Birżebbuġa.
      L-issue għaldaqstant mhiex jekk hux ser jittieħdu pass iżda hi jekk dan it-tnaqqis hux ser ikun biżżejjed.
      L-opinjoni tiegħi hi li l-istorbju ser jonqos imma li t-tnaqqis x’aktarx li mhux ser ikun biżżejjed. Fl-aħħar jista’ jkun li l-unika soluzzjoni ser tkun li l-Port Ħieles jagħlaq bil-lejl, ċjoe bejn il-11.00pm u s-6.00am.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s