Serqa fid-dawl tax-xemx: min jidher u min ma jidhirx

Two Towers on ITS site

 

It-tender dwar żvilupp turistiku fuq l-art tal-ITS (Institute of Tourism Studies) ilu li għalaq. Ilna nisimgħu li hemm ħadma kbira.

Is-Sunday Times tal-lum f’artiklu ta’ Caroline Muscat tagħtina l-istorja bażika.

L-offerti intefgħu minn Silvio Debono tas-Seabank Group : offra €6.5 miljuni għal art tal-qies ta’ madwar 25,000 metru kwadru (iva: ħamsa u għoxrin elf metru kwadru, qed taqra tajjeb).

Din l-art li l-pjan lokali [North Harbours Local Plan] jiddeskrivi bħala Entertainment Priority Area tiswa’ ferm iktar minn hekk. Ċertament mhux inqas minn €100 miljun. Probabilment viċin il-€120 miljun.

S’issa l-art għadha ma ġietx trasferita imma wieħed mill-ágenti tal-propjetà diġa qiegħed jaċċetta deposits għal appartamenti lussużi li huma ippjanati għaż-żona, inkuż fis-żewġ torrijiet li hemm ippjanati.

Biex Silvio Debono, permezz tal-kumpaniji tiegħu, tefa’ offerta daqshekk baxxa għal art li għandha potenzjal enormi, bil-fors li għandu rasu mistrieħa li mhux ser ikollu diffikultajiet li jinfetħulu l-bibien għal biċċa “business” tajba.

Bil-fors li jitqanqlu suspetti kbar. Dwar min qed jidher u min possibilment ma jidhirx f’din is-serqa. Għax dan mhux “business” imma serq fid-dawl tax-xemx.

Huwa l-kaz ta’ investigazzjoni mhux biss mill-Awditur Ġenerali imma ukoll mill-Kummissarju tal-Pulizija. Illum qabel għada.

2 comments on “Serqa fid-dawl tax-xemx: min jidher u min ma jidhirx

  1. Mhemmx dubju li dan il-bejgh huwa oxxenita’ kbira; każ li se jirregalaw biex art lill-kuntrattur biex ikompli jirrovina l-bajjiet madwar il-port. Minbarra dan, hadd mit-800 student li l-maggoranza jahdmu f’lukandi fil-vicinanzi ta’ l-ITS ma jridu jmorru Smart City. Dan minbarra l-ispejjez li saru matul is-snin f’facilitajiet u kcejjen godda fil-kampus ta’ l-ITS. Dan kollu qed isir ghax hemm xi bicca korruzzjoni kbira ta’ xi hadd li se jsir sinjurun bil-barka tal-gvern bhalma gara snin ohra. Muscat qed juri li l-gvern tieghu mhu differenti xejn minn dak li kienu hawn qabel.

Leave a comment