Alternanza tal-poter u tal-ħmieg

Same Shit

 

Waqt il-manifestazzjoni tas-soċjetà ċivili, iktar kmieni illum, uħud ħadu għalihom bil-poster tal-Moviment Graffiti : Same Shit, Different Government.

Alternanza tal-poter bejn PN u PL twassal ukoll l-alternanza tal-ħmieġ. Jekk tivvota bħas-soltu ikollok l-istess riżultati. Ġieli tinduna bihom mill-ewwel u ġieli tieħu ftit taż-żmien. Imma fir-realtà ma hemmx x’tagħżel bejniethom.

Id-differenza qegħda biss fl-attenzjoni ta’ kif jagħmlu l-affarijiet.

PNPL : m’hemmx x’tagħżel bejniethom.

PNPL Pezza Wahda_1200x1200px

Mistoqsija bla tweġiba (s’issa)

Habi Panama

Għad m’għandniex tweġiba sodisfaċenti għal din il-mistoqsija: x’ippruvajtu taħbu l-Panama? Mistoqsija li tgħodd kemm għal Konrad Mizzi kif ukoll għal Keith il-Kasco Schembri.

Wieħed qalilna li jrid jamminsitra l-ġid tal-familja bl-aħjar mod possibli ……………. u għalhekk mar il-Panama. Ħadd ma emmnu.

L-ieħor baqa’ sieket. Ma qal xejn.

Nibqgħu nistaqsu sakemm ikollna tweġiba: x’ippruvajtu taħbu l-Panama?