Il-Parlament …….. titnawwar ftit ieħor il-funzjoni tiegħu ?

Il-Parlament preżentement qiegħed jiddiskuti mozzjoni biex jittrasferixxi art lil kumpanija bl-isem ta’ Malita Investment plc.

L-iskop hu, skond kif iddikjara l-Ministru Tonio Fenech, illi dan il-kumpanija tamministra l-proġett tal-Parlament u l-proġett tat-teatru bla saqaf.

L-art trasferita ser tkun dik fejn ser isiru l-ewwel proġetti li ser tamministra. Ser tkun trasferita ukoll art tal-Cruise Liner Terminal u tal-Ajruport biex mill-kirjiet ta’ dawn l-artijiet il-kumpanija jkollha l-finanzjament meħtieġ. Dan id-dħul issa ser jonqos mid-dħul normali tal-Gvern kull sena.

Hi l-intenzjoni, qal il-Ministru li l-kumpanija tieħu ħsieb il-proġett (tiffinanzjah) u meta tlesti tikrieh lill-Gvern. [Il-Kumpanija ser tkun 70% tal-Gvern.]

Dan fil-fatt ifisser li fuq il-kotba tal-Gvern l-ispiża tkun il-kirja. L-ispejjes tal-proġett li ser isiru xorta ma jidhrux fuq il-Gvern imma fuq il-Kumpanija.

Il-Ministru emfasizza l-vantaġġi – l-amministrazzjoni aħjar tal-proġetti. Dan għalija jfisser ammissjoni li l-proġetti illum m’humiex amministrati tajjeb.

Ifisser ukoll li d-dejn (jew is-self) biex isiru l-proġetti ser isir xorta imma mhux ser jidher iktar bħala dejn tal-Gvern. Ikun dejn tal-Malita Investment plc.  Miegħu iridu jiżdiedu l-ispejjes tal-kumpanija.

Imma hemm xi ħaġa oħra, importanti ħafna li s’issa għad ma smajtx spjegazzjoni dwarha.

Billi l-ispejjes tal-proġetti issa ser isiru mill-Kumpanija Malita Investment plc u allura ma jkunux iktar parti mill-budget, il-Parlament x’kontroll ser ikollu fuq l-ispiża kapitali?

Fi ftit kliem il-ħolqien ta’ din l-Special Purpose Vehicle tista’ tfisser illi jkun imnawwra funzjoni oħra tal-Parlament.

Nistennew u naraw!

One comment on “Il-Parlament …….. titnawwar ftit ieħor il-funzjoni tiegħu ?

  1. Nistaqsi: 1. Ghaliex ser isir hekk? Ir-raguni li hareg biha l-Ministru Tonio Fenech: li l-progetti governattivi ikunu amministrati ahjar ghalija hija mhux biss banalita grassa, ammissjoni li l-gvern mhux kapaci jamministra l-progetti tieghu, izda possibbilment gidba fahxija.
    2. Din il-kumpanija gdida waqghet mis-sema? Ser tkun kumpanija privata, parastatali?
    3. Min ser ikunu d-Diretturi taghha li nassumi ser jiggwadanjaw mhux ftit personalment?
    4. Jista’ jkun li l-amministrazzjoni prezenti trid tahbi d-dejn esagerat tal-pajjiz permezz ta’ din l-istrategija mhux tas-soltu?
    5. L-Unjoni Ewropeja ma kkummentat xejn rigward din il-kumpanija? Dr. Louis Galea, Avukat, li qieghed Brussels bhala Awditur (mid-dehra ha ”crash course fl-ekonomija!), ma kkummenta xejn dwar dan kollu?

    Nikkummenta: Meta tqis li din l-hekk imsejjha ”Special Purpose Vehicle” (almenu hekk jidhirli li sejhulha!) hija l-krejazzjoni ta’ Prim Ministru li uza flus il-poplu sabiex ta’ Lm20,000 lill-ex-Ministri li warrab kif tela’ fil-gvern; ta e10,000 hlas ghal xoghol part-time lill- backbenchers u b’hekk ghalqilhom hallqhom u imbaghad ta 500e fil-gimgha hu u l-Kabinett illu wara dahar kulhadd, allura bil-fors li jien inhares lejn dan il-”progett finanzajarju” tal-Malita Investments plc (sic!) bl-ikbar dubju jew ahjar sospett.
    Dan ghalija huwa tahwid u jista’ jispicca bhala ingann serju. Nistennew.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s