L-għażla ta’ Lawrence Gonzi

Lawrence Gonzi kellu għażla.

Fil-Parlament ġew ippreżentati żewġ mozzjonijiet.

L-ewwel mozzjoni kienet il-mozzjoni numru 260 imressqa minn Franco Debono u li kienet tittratta dwar diversi miżuri ta’ riforma u tibdil li l-istess Debono ħass li kien meħtieġ fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern. Kienet mozzjoni li ġiet ippreżentata nhar it-8 ta’ Novembru 2011. Għalkemm kritika il-mozzjoni kienet essenzjalment waħda posittiva.

It-tieni mozzjoni kienet il-mozzjoni numru 280 ipreżentata mill-kelliema tal-Opposizzjoni Michael Falzon u Jose’ Herrera nhar il-5 ta’ Diċembru 2011. Kienet mozzjoni ta’ kritika u ċensura. Mozzjoni negattiva.

Lawrence Gonzi u ta’ madwaru ippreferew illi l-ewwel ipoġġu fuq l-agenda l-mozzjoni negattiva. Ippreferew li jagħżlu azzjoni negattiva flok azzjoni posittiva.

Ir-riżultat tal-lum hu l-konsegwenza. Dak li ġara illum Lawrence Gonzi ġiebu b’idejħ mgħejjun minn l-għorrief ta’ madwaru. Bil-ħsieb u bil-għaqal seta ġie evitat.

X’ser jiġri minn issa l-quddiem hu biss tiġbid. L-elezzjoni qegħda wara l-bieb.

Advertisements