Dalgħodu kont mistieden seminar organizzat mill-Fondazzjoni Ideat. Fondazzjoni tal-Partit Laburista. Ġejt mistieden f’isem Alternattiva Demokratika biex nieħu sehem f’diskussjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa.
L-idea tal-Fondazzjoni Ideat kienet li jkun hemm diskussjoni bejn ir-rappreżentanti tat-tlett Partit: Labour, Nazzjonalisti u Alternattiva.
In-Nazzjonalisti ma ġewx! Imma jekk tiċċekkja dak li ġie imxandar minn Super One fl-aħbarijiet tas-7.30pm illum ma nagħti tort lil ħadd li jaħseb li l-anqas jien ma kont hemm. Qiesu nidher ftit fil-filmat iżda imbagħad jidher li sar sforz biex la issir referenza għalija u l-anqas għal dak li għidt!
Meta nara dawn l-affarijiet ma nafx jekk tal-Labour ikunux qed jiċċajtaw meta jgħidu li inbidlu!